Tlieta arrestati wara sejba droga f'Ħal Qormi ... Is-sewwieq irriversja f'karozza tal-Pulizija u prova jaħrab mill-post

  • Nov 09, 2019 09:17
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet persuni kienu arrestati tard il-Ħamis filgħaxija fi Triq it-Tin f’Ħal Qormi wara li nstabu fil-pusses ta’ droga.

    Il-persuni arrestati, żewġt irġiel u mara li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 sena u t-28 sena, ilkoll residenti l-Belt Valletta kienu arrestati waqt ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li fil-karozza li kienu fiha nstab madwar kilo kokaina.

    Wieħed mill-irġiel li huwa ta’ nazzjonalità Libjana kien qiegħed isuq il-karozza u meta sab ruħu ċċirkondat mill-Pulizija, irriversja għal fuq vettura tal-Pulizija, ħareġ mill-karozza u ħarab mill-post. Huwa kien arrestat ftit tal-ħin wara li kien segwit mill-Pulizija.

    Il-Maġistrat Astrid May Grima ġiet infurmata bis-sejva u ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Fortunatament ħadd ma ndarab u t-tliet persuni ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0