It-tielet flyover tal-proġett tal-Marsa Junction se jitlesta xahar qabel iż-żmien

  • Nov 09, 2019 14:17
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif ftit aktar minn xahar ilu ġew inawgurati l-ewwel żewġ flyovers tal-Marsa Junction Project, ilbieraħ ftit ġimgħat wara, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li t-tielet flyover ser tkun lesta xahar qabel iż-żmien li kien tħabbar.

    Huwa spjega kif illum 50% ta’ dan il-proġett fin-Nofsinhar ta’ Malta diġa huwa konkluż. Huwa għamel dan waqt żjara fuq is-sit tal-proġett fejn f’dawn il-ġranet bdew jitpoġġew l-itwal travi li ser ikunu qed iġorru l-itwal flyover. Huwa qal li ladarba jitlesta dan il-flyover se tkun tista’ tiġi eliminata għal kollox is-sistema ta’ traffic lights tal-Addolorata, u b’hekk se jkun qiegħed jerġa’ jitnaqqas drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar għal eluf ta’ nies. 

    Din it-tielet struttura ta’ flyover li se tkun lesta din is-sena se toħloq konnessjoni diretta lejn it-Tramuntana bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija u se tkun l-itwal waħda b’tul ta’ 2 grounds tal-futbol, jiġifieri 227 metru sakemm tingħaqad mal-ogħla parti tal-ewwel flyover fi Triq Aldo Moro, wieħed mit-tnejn li diġà qed jintużaw. Il-gverta ta’ din l-istruttura hija magħmula minn 65 travu tal-konkos, b’uħud mit-travi ta’ din l-istruttura li tpoġġew f’posthom huma l-itwal travi tal-konkos li ntużaw f’dan il-proġett. Il-gverta se sserraħ fuq 16-il kolonna, u għall-pedamenti tpoġġew 66 pilastru tal-konkos taħt l-art. L-iżjed parti għolja tal-gverta tagħha se tkun 15.9 metri ‘l fuq mit-triq li tgħaddi minn taħtha u din il-flyover trid issirilha rampa min-naħa ta’ Vjal Santa Luċija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0