Liġi ambigwa dwar il-kullari tal-elettriku għall-klieb ... Permess li jintlibsu iżda mhux li jintużaw biex jinħaqru l-annimali

  • Nov 09, 2019 19:31
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Persuna li analizzat l-Liġi għall-Ħarsien tal-Annimali qalet lil inewsmalta li dan l-Att ma jipprojbwixxix sid ta’ kelb milli jlibbsu kullar tal-elettriku, imma fl-istess ħin iżżommu milli juża l-istess apparat bħala mezz ta’ moħqrija. L-espert fil-qasam qal li l-liġi f’dan il-każ hija pjuttost ambigwa tant li hawn min qiegħed jistaqsi x’inhu l-użu ta’ kullar tal-elettriku fuq kelb jekk dan ma jintużax fil-vera funzjoni tiegħu.

    Ħafna drabi l-użu tal-kullar tal-elettriku huwa biex jitrażżnu u jitħarrġu l-klieb billi s-sid jew it-trainer, jagħfsu buttuna li tirrispondi b’xokkijiet żgħar tal-elettriku f’għonq il-kelb. Ħafna jikkonsidraw dan it-tip ta’ kullar bħala moħqrija għall-annimali sottomessi għalih. 

    Meta l-klieb jinbħu f’residenzi, b’mod speċjali f’xi appartament, aktar u aktar f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata, is-sidien tagħhom isibu quddiem wiċċhom problemi u garr mill-ġirien bil-konsegwenza li dawn jaraw kif isolvu din il-problema mingħajr ma jkollhom ineħħu lill-annimal domestiku tagħhom. Wieħed mill-metodi li xi persuni qegħdin jipprovaw jikkontrollaw inbiegħ esaġerat mill-klieb, huwa proprju l-użu ta’ dawn il-kullari tal-elettriku.

    Fuq il-midja soċjali hemm diversi siti li fihom joffru għall-bejgħ dawn it-tip ta’ kullari u jidher li hemm domanda għalihom anke lokalment. F’dawn l-aħħar ġranet, persuna tellgħet messaġġ fuq l-Internet fejn staqsiet jekk hemmx xi ħadd li għandu kullar tal-elettriku tal-klieb u m’għandux bżonnu iżjed. Hekk kif tela’ dan il-messaġġ, għadd ta’ nies irrispondew b’opinjonijiet differenti, l-aktar kontra, li jintuża dan it-tip ta’ kullar minħabba li jikkonsidrawh bħala soluzzjoni estrema f’forma ta’ moħqrija għall-kelb.

    Sidien ta’ klieb li rrispondew għal dan il-messaġġ kitbu li l-kullari tal-elettriku m’għandhomx jintużaw għax iweġġgħu lill-annimali. Minflok, kien hemm ħafna li ssuġġerewlu jirrikorri għall-għajnuna professjonali ta’ ‘dog trainer’ biex isolvi l-problema li għandu bil-kelb. 

    Sid ta’ kelb ħeġġet lil dan ir-raġel biex ma jużax dan il-kullar tal-elettriku wara li hi stess kienet xtrat wieħed għall-kelb tagħha. Din qalet li wara li nefqet aktar minn €100 biex xtratu, ftit tal-ġranet wara ddeċidiet li tarmih għax iddispjaċiha għall-kelb. Fil-messaġġ tagħha din il-mara stqarret li x-xiri ta’ dan it-tip ta’ kullar kien żball kbir f’ħajjitha u li żgur qatt m’hi se terġa’ tagħmel din it-tip ta’ moħqrija fuq l-annimali.

    Fost kummenti oħra kien hemm disprezz lejn din il-persuna li tellgħet dan il-messaġġ, fejn anke stiednuh jipprova jilbsu hu dan it-tip ta’ kullar, imqar għal jumejn, qabel ma jgħaddi minn dak it-tip ta’ martirju lill-kelb innoċenti.

    Mara li tħobb ħafna l-annimali sostniet li hi ma tifhimx kif persuni jistgħu jippretendu li kelb ma jinbaħx, għax dan huwa kelb u hija fin-natura tiegħu li jinbaħ. Min-naħa l-oħra kien hemm min issuġġerixxa tipi oħra ta’ kullari, fosthom dawk li jagħmlu ħoss “antipatiku” li jdejqu lill-kelb minflok dawk li jagħtu x-xokkijiet u jweġġgħuh.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0