L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jilqa’ l-ewwel titjira minn Nis

  • Nov 09, 2019 19:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ għalaq il-ġimgħa billi laqa’ l-ewwel titjira u passiġġieri minn Niš, u b’hekk inawgura wkoll it-tieni konnessjoni diretta bejn Malta u s-Serbja. 

    It-titjiriet lejn Niš, li hija t-tielet l-akbar belt fis-Serbja, ser ikunu qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Ryanair kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa. Din l-iskeda tagħmel id-destinazzjoni ideali għal dawk li jkunu qed ifittxu vaganza qasira.

    Peress li hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa, Niš għandha ħafna x’toffri lil dawk li jħobbu l-istorja u l-arkeoloġija. Mill-fdalijiet tal-palazz fuq stil Ruman ta’ Kostantinu l-Kbir sa binjijiet li ilhom weqfin miż-żmien meta l-Ottomani kienu jaħkmu l-belt, Niš għandha saffi differenti ta’ storja li kollha jikxfu passat kemxejn turbulenti.

    Niš hija magħrufa wkoll għall-banjijiet termali tagħha li jinsabu f’qiegħ il-katina ta’ muntanji Suva Planina. Suva Planina hija waħda mill-aktar postijiet popolari fis-Serbja għall-paragliding u hija mfittxija wkoll minn dawk li huma dilettanti tal-iskijjar fix-xhur tax-xitwa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0