Kampjonat Premier: Birkirkara jirreġistraw it-tieni rebħa tal-istaġun

  • Nov 09, 2019 21:10
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Sta Lucia .... 0

    Birkirkara... 2

    Birkirkara rreġistraw it-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Sta Lucia bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu beraħ it-taqtiegħa tar-rele­gazzjoni li prattikament tidher li se tkun bejn ħames timijiet hekk kif Tarxien Rainbows huma destinati li jitilfu posthom meta għad­hom mingħajr l-ebda punt.

    Kienu Sta Lucia li ħolqu l-ewwel azzjoni li waslet fil-11-il minuta b’xutt mill-bogħod ta’ Rei Tachikawa li l-goalkeeper, Andrew Hogg, salva mingħajr wisq tbatija.

    Żewġ minuti wara, Bir­kirkara fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta minn pożizzjoni ideali, Edison Luis Dos Santos falla l-mira. 

    B’mod gradwali, l-Istripes bdew jirbħu l-iniz­jat­tiva u fis-37 minuta fetħu l-iskor meta Edison (Tarabai) ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Jamie Zerafa.

    Mill-11-il metru, l-istess EDISON LUIS DOS SANTOS ma żbaljax.

    Imbagħad żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper ta’ Sta Lucia, Ryan Caruana, wettaq save spettakolari fuq Caio Prado biex salva goal ċert.

    Fit-tieni taqsima, Bir­kirkara komplew bid-dominju territorjali u ma kienet l-ebda sorpriża li, fit-62 minuta, irduppjaw meta minn free-kick mogħti fil-baxx lejn EDISON LUIS DOS SANTOS huwa kien pront jimmira lejn il-lasti bil-ballun jiġi devjat minn  Kevin Ante Rosero.

    Sta Lucia ppruvaw jagħ­mlu reazzjoni mmedjata u fit-72 minuta, free-kick dirett mogħti minn Gabriel Bohrer ġie nnewtalizzat minn Hogg.

    Minuta wara kien l-istess Hogg li wettaq save stupend fuq id-daqqa ta’ ras ta’  Carlos Riascos Torres li setgħet kienet ta’ periklu.

    Fit-78 minuta, l-Istripes reġgħu resqu viċin li jkabbru l-vantaġġ meta Caio Henrique Prado ddribilja lill-goalkeeper avversarju li nqabad barra minn postu  iżda l-ballun ġie kklerjat minn difensur ta’ Sta Lucia ... biex prattikament din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita.

    STA LUCIA: 12-Ryan Caruana, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Kevin Pinheiro Correia (92-Nick Borg 45),  11-Kevin Ante Rosero,16-Carlos Torres Riascos, 17-Jacob Walker (66-Lee Galea 81),18-Daniel Agius, 22-Jamie Zerafa (8-Jamie Magri Overend 66), 24-Camilo Escobar, 88-Rei Tachikawa, 90-Wilkerson Gomes  - Coach: Oliver Spiteri

    BIRKIRKRA: 1-Andrew Hogg, 6-Matthew Guillau­mier, 7-Edison Luis Dos Santos, 8-Maurizio Vella, 18-Ro­derick Briffa, 20-Federico Falcone, 22-Cain Attard, 24-Caio Henrique Prado (17-Michael Mifsud 90), 25-Oscar Matias Carniello (11-Kurt Zammit 87), 36-Ryan Fenech, 77-Isaac Toah Ntow - Coach: André Paus

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Duncan Spiteri

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    SKORERS:E. L. Dos Santos pen 37, 62 (B)

    AMMONITI:J. Zerafa, C. Escobar, C. T. Riascos (SL); C. Attard (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Edison L. Dos Santos (B)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0