Id-Dinari maqbudin huma foloz … il-banek imwissijin

  • Nov 11, 2019 08:33
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Waqt li l-awtoritajiet tas-sigurtà Maltin jinsabu b’għajnejhom miftuħin u qed isegwu sa l-inqas dettall movimenti ta’ bastimenti mir-Russja b’rabta’ ma’ qabda kbira ta’ Dinari Libjani, sorsi qrib l-investigaturi li qed jinvestigaw din il-qabda qalulna li “d-Dinari maqbudin huma foloz għax mhumiex awtorizzati mill-Bank Ċentrali Libjan”.

    Sorsi li tkellmu magħna qalulna li “jidher li l-Gvern ta’ Tripli, li hu rikonoxxut minn Nazzjonijiet Uniti ma kienx konxju li kienu qed jinġabu dawn il-flus aktarx mir-Russja u li hu allegat li dawn kienu se jispiċċaw f’idejn dawk li qed jagħmlu l-attakk fuq Tripli.  Filfatt wara jiem siktin, il-Gvern ta’ Tripli jidher li ħa azzjoni u informa lill-Bank Ċentrali Libjan biex iwissi lill-banek kummerċjali dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ Dinari foloz. Dan sar għax jidher li qabel il-qabda tad-Dinari f’Malta, lejn il-Libja irnexxielhom jaslu konsenji ta’ Dinari u dawn jidher li qed jiġu ċċikolari fin-naħa tal-lvant tal-Libja.

    Dan is-sit hu infurmat li l-Prim Ministru Fayez Serraj avża lill-Bank Ċentrali Libjan biex jiddikjara li d-Dinari maqbudin huma foloz.  Sorsi li tkellmu ma’ inewsmalta qalulna li l-Gvern ta’ Tripli  jidher li ħa din l-azzjoni wara li  eks Ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Libja, Jonathan Winter, qal li l-flus li qed jgħaddu lejn il-Libja huma essenzjali biex in-naħa tal-Lvant tiffinanzja l-gwerra li għaddejja biha kontra l-gvern ta’ Tripli.

    Il-qabda f’Malta saret mill-awtoritajiet tad-Dwana. Inqabdu żewġ kontejners  mimlijin b’Dinari Libjani. Sorsi qrib il-Gvern ikkonfermaw magħna li dawn il-kontejners mhux se jiġu rilaxxati imma se jibqgħu jinżammu f’pajjiżna. Jidher li fl-aħħar 8 xhur, intbagħtu erba’ konsenji ta’ Dinari mhux uffiċjali lejn il-Libja b’total li jidher li jlaħħaq $3.22 biljun.

    Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta’ sigurtà. Filfatt dawn qegħdin jinżammu taħt għassa stretta.  Għalkemm mhux magħruf eżattament fejn inħadmu, jidher li dawn id-Dinari Libjani inħadmu fir-Russja. 

    Sorsi Libjani qalu li “jidher li kien hemm erba’ konsenji ta’ Dinari. Filfatt l-ewwel konsenja aktar intbagħtet lejn il-Libja fi Frar li għadda, ftit jiem biss qabel il-Ġeneral Haftar beda jwettaq l-offensiva kontra l-Gvern Libjan fi Tripli, liema gvern hu appoġġjat minn Nazzjonijiet Uniti. Ma nemmnux li hi kumbinazzjoni li l-attakk fuq Tripli beda wara li bdew jaslu Dinari mhux uffiċjali”, qalulna l-istess sorsi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0