Pulizija jispara fuq attivist u ieħor jingħata n-nar ... Tkompli tiħrax il-mewġa ta’ vjolenza fil-protesti f’Hong Kong

  • Nov 11, 2019 14:46
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjal tal-Pulizija f’Hong Kong spara fuq attivist, mentri dimostranti oħra taw in-nar lil raġel ieħor wara li xarbuh bil-pitrolju f’mewġa ta’ protesti vjolenti fil-pajjiż li issa daħlu fl-24 ġimgħa tagħhom. 

    Il-ferut ittieħed l-isptar fejn saritlu operazzjoni. L-isparatura ħalliet lil dan il-ġuvni mgħammad f’kundizzjoni kritika. Dan l-aġir brutali mill-pulizija lokali qajjem rabja fost ħafna nies wara li filmati tal-inċident ixxandru fuq il-midja soċjali. Il-pulizija jidher jissielet mal-attivist bl-arma tan-nar f’idejh. Meta t-tieni attivist kien riesaq lejhom, il-pulizija spara fuq sider il-ġuvni. 

    Barra dan l-inċident, raġel ieħor sofra ġrieħi serji wara li ngħata n-nar fi ġlied li seħħ fil-protesti li seħħu f’Ma On Shan Plaza. Huwa rrapportat li l-vittma rnexxielu jneħħi l-flokk li kien qiegħed jinħaraq, iżda xorta waħda ġie ċċertifikat f’kundizzjoni kritika minħabba ħruq serju li sofra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0