Keith Schembri qal li jwieġeb kull mistoqsija quddiem l-inkjesti Maġisterjali

  • Nov 11, 2019 14:20
  • Miktub minn iNews
"

    “Jien qed inwieġeb kull mistoqsija li saritli jew qed issirli quddiem l-inkjesti Maġisterjali”, saħaq Keith Schembri fi stqarrija li ħareġ  “fid-dawl ta’ rapporti żbaljati u mhux eżatti minn uħud mill-mezzi tax-xandir”

    Huwa ħareġ din l-istqarrija fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook biex jippreċiża dawn il-fatti:

    1) Il-libell li kien qed jinstema’ llum infetaħ minni fl-1 ta’ April 2016, wara allegazzjonjiet malafamanti li għamel fil-konfront tiegħi l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’Marzu 2016;

    2) Dawn l-allegazzjonijiet malafamanti ma kienu bl-ebda mod marbuta mal-kumpanija 17 Black, u għalhekk il-proċeduri ta’ libell kienu jitrattaw allegazzjonijiet oħra li għamel Busuttil ferm qabel ma l-allegazzjonijiet dwar 17 Black ħarġu fil-pubbliku;

    3) F’din l-istess kawża ta’ libell l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, fis-smiegħ li sar fis-16 ta’ Ottubru 2017, kien irrifjuta li jgħid li jiena kont involut f’aġir ħażin, kif kien ilu jallega għal numru ta’ snin;

    4) Fis-seduta ta’ dalgħodu l-Maġistrat Victor Axiak iddikjara li huwa kien joffri servizz legali lill-Kasco Group Ltd li jiena kont Direttur u li għadni shareholder tiegħu. Il-Maġistrat iddikjara wkoll li huwa kien joffri servizzi legali lid-ditta Nexia BT li huma l-awdituri tal-Kasco Group;

    5) Kienet ta’ sorpriża li l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni ma kellux diffikultà fuq dan il-punt, madankollu l-Avukati tiegħi u jien ħassejna li kellna nitlobu għar-rikuża tal-Maġistrat Victor Axiak sabiex meta l-Qorti eventwalment tiġi biex tagħti l-verdett finali, mhux biss issir ġustizzja imma tidher li qed issir ġustizzja mingħajr l-ebda dubbju;

    6) Il-Maġistrat Victor Axiak ċaħad it-talba tar-rikuża, u ċaħad anke t-talbiet sussegwenti tiegħi sabiex, l-ewwelnett, ma jkunx hemm xhieda li setgħet tippreġudika l-proċeduri li għaddejjin fl-inkjesti Maġisterjali mitluba minn Simon Busuttil u t-tieni, it-talba ta’ appell minn dik id-deċiżjoni;

    7) Minħabba dawn il-fatti u fuq il-pariri li ngħatajt mit-tim legali tiegħi, jien kelli kontra qalbi nwaqqa’ l-imsemmi proċeduri ta’ libell minħabba li ħassejt li fil-proċeduri tal-llum, setgħu jiġu ppreġudikati d-drittijiet fundamentali u Kostituzzjonali tiegħi minħabba li għaddejjin Inkjesti Maġisterjali mitluba mill-istess Simon Busuttil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0