Klinika Veterinarja f’Malta kellha rikjesta ftit li xejn mhux tas-soltu hekk kif sid ta’ kelb, li għandu 15-il sena, ħadu għand il-klinika biex iraqqdu għax se jitlaq minn Malta. Fortunatament din ir-rikjesta ġiet irrifjutata u mill-ewwel bdiet it-tfittxija għal min kien lest jiftaħ qalbu għal dan il-kelb anzjan.
Jidher li l-kelb issa sab xortih wara li persuna offriet li tibda trabbih u tagħtih l-imħabba li tant jistħoqqlu.
Il-kelb għandu passaport tal-annimali, huwa micro-chipped (fejn id-dettalji tal-microchip se jiġu trasferiti lis-sid il-ġdid tiegħu) u se jkollu tindif dentali l-ġimgħa d-dieħla.
Dan il-ġest ġie mfaħħar minn bosta persuni u rringrazzjaw lil din il-persuna talli għażlet li trabbih minkejja l-età avvanzata tiegħu. Huma kkundannaw lil dak li xtaq li jraqqdu u sostnew li dik l-għażla għandha tittieħed biss f’każ ta’ mard terminali.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.