Andrea Agnelli ippremjat f’Turin

  • Nov 12, 2019 00:42
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li l-president ta’ Juventus Andrea Agnelli ġie ppremjat bħala “Il Torinese dell’Anno” f’ċerimonja li saret fl-uffiċċju tal-kunsill lokali ta’ Turin, huwa tkellem dwar dawn is-snin kemm ilu fit-tmexxija taċ-champions Taljani. Huwa qal li b’sodisfazzjon jgħid li l-club kompla jikber minn sena għall-oħra kemm f’dak li għandu x’jaqsam dħul finanzjarju kif ukoll fin-numru tal-partitarji. Hu semma’ kif il-bini tal-Allianz Stadium fl-2011 kien investiment kbir li bih daħħlu ħafna flus.

    Agnelli ma naqasx li jsemmi wkoll l-akkwist importanti ta’ Cristiano Ronaldo sena u nofs ilu li kompla jżid aktar is-sitwazzjoni ekonomika tal-club għal waħda soda.

    Agnelli għandu 43 sena u ilu jmexxi lil Juventus sa mis-sena 2010. Hu wkoll membru eżekuttiv tal-European Club Association filwaqt li nħatar ukoll membru fil-kumitat eżekuttiv tal-UEFA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0