Kumment fuq il-midja soċjali minn Mission Lifeline, hekk kif dalgħodu kompla jinstema’ l-każ ta’ appell tal-Kaptan Claus-Peter Reisch, qanqal kritika minn bosta avukati. Dan hekk kif anness mal-kumment, Mission Lifeline ppubblikat ukoll ritratt tal-awla waqt li kienu għaddejjin il-proċeduri legali.
Ir-ritratt juri b’mod ċar lill-akkużat il-Kaptan Reisch wara l-iżbarra, uffiċjali tal-pulizija, membri tal-pubbliku, avukati u persuni oħrajn li aktarx kienu qed jistennew biex jissejjaħ l-każ tagħhom.
L-Artikli 26 (g) u (h) tal-kodiċi tal-proċeduri u l-prattiċi fil-Qorti u l-buon ordni jisħqu b’mod ċar li waqt is-smigħ ta’ każ, kull attentat li jittieħed ritratt jew filmat bi kwalunkwe mezz, ħlief meta dan isir b’ordni jew awtorizzazzjoni tal-Qorti jew tribunal, Direttur Ġenerali tal-Qrati, u l-Prim Imħallef, jitqies bħala disprezz lejn l-awtorità tal-Qorti.
Il-ksur ta’ dan ir-regolament jaf iwassal għall-arrest tal-persuna u t-teħid fil-konfront tiegħu ta’ proċeduri kriminali.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.