Id-Dwana lbieraħ irnexxielha tagħmel sejba ta’ €233,000 ta’ flus mhux dikjarati waqt spezzjonijiet fl-ajruport.
Fl-ewwel każ wieħed mill-passiġġieri twaqqaf għal aktar spezzjonijiet waqt screening tat-titjiriet ta’ Schengen mill-parti tat-tluq tal-ajruport. Il-passiġġier kellu fuqu €5,000 u fil-bagalja tiegħu nstabu mal-€10,000 oħra. Huwa ngħata lura €10,000 u l-oħrajn ġew issekwestrati.
F’każ separat, waqt screening tal-passiġġieri li kienu se jħallu pajjiżna lejn l-Istanbul, il-kelb Peter irreaġixxa għal passiġġier partikolari li wara tfittxijiet li sarulu rriżulta li kien se jħalli l-pajjiż b’€210,000. Huwa kien arrestat u l-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Skont il-liġi Ewropea passiġġieri li jkunu se jivjaġġaw bi flus kontanti jew Cheques li jammontaw għal €10,000 huma obbligati jiddikjaraw dan l-ammont.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.