Carer imġiegħla tibla’ mgħarfa melħ bi tpattija ... missier ta' familja ikkundannat sentejn ħabs talli abbuża minnha

  • Nov 13, 2019 10:34
  • Miktub minn iNews
"

    Indjan ta' 44 sena li twieled u jgħix Malta kien ikkundannat sentejn ħabs u immultat €5,000 wara li nstab ħati li abbuża mill-carer li ġab mill-Indoneżja biex tieħu ħsieb lil missieru.

    Harish Daswani, li jgħix Tas-Sliema, kien mixli bit-traffikar ta' Oriance Kelin, li beżżagħha u nsulentaha kif ukoll li naqas li jimxi mal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

    Il-każ wasal għall-attenzjoni tal-Pulizija fit-13 ta' Ġunju 2014 mta l-Avukat Katrine Camilleri bagħtet ittra elettronika lill-Ispettur Sylvana Briffa mill-Iskwadra Kontra l-Vizzji u nfurmata li l-mara kienet qed tgħix f'dar għal vittmi ta' traffikar u li xtaqet tieħu l-oġġetti tagħha mid-dar fejn kienet taħdem.

    Il-mara, li kienet ħarbet mid-dar f'Tas-Sliema wara li ħassitha sfruttata, kienet akkumpanjata minn żewġ pulizija biex tieħu lura l-oġġetti u wara ġiet mitkellma mill-Ispettur Gafa.

    Kelin irrakkuntat kif kienet kumpanija f'Singapore li sabitilha xogħol bħala carer ma' familja Indjana li tgħix Malta u l-ftehim kien għal tliet snin li fihom kellu taqla $450 fix-xahar.

    Hija allegat li malli waslet Malta Daswani ħadilha l-passaport, ġiegħlha taħdem mit-Tnejn sal-Ħadd mill-5.30 a.m. sa tard filgħaxija u ma ħallasha xejn ħlief €6.

    Kelin sostniet ukoll li huwa ġieli sawwatha u darba ħabtilha rasha mal-ħajt u ġiegħla tibla' mgħarrfa melħ talli l-ikel li sajret kien mielaħ. Meta rrappurtat il-każ lill-aġenzija f'Singapore huwa lmenta li ma kinietx qed tagħmel xogħlha sew.

    Il-mara allegat ukoll li minbarra swat huwa kien jheddidha u jintimidaha u anke heddidha li jekk tipprova taħrab kien se jirrapporta lill-Pulizija li serqitu u b'hekk teħel il-ħabs.

    Kelin ilmentat ukoll li ma kinietx titħalla toħroġ mid-dar ħlief biex tixtri u meta ddum il-mara tiegħu kienet tirrabja magħha sakemm ma felħitx iktar u ħarbet mid-dar anke jekk ma kellha xejn fuqha.

    Il-Pulizija bagħtet għal Daswani biex tinterrogah u dan ċaħad l-allegazzjonijiet fejn sostna li l-ftehim kien li titħallas paga minima, li taħdem mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00 a.m. u s-1.30 p.m. u l-4.30 p.m. u t-8.00 p.m. kif ukoll il-Ħadd mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m.

    Huwa nsista li l-ħinijiet kienu ibbażati fuq il-bżonnijiet ta' missieru, sostna li kien jibgħat flus lill-aġenzija f'Singapore u ma setax jibgħat il-flus lill-familja tagħha għax ma tatux il-kont bankarju u ċaħad li sawwatha ħlief darba meta tat mediċina ħażina lil missieru waqt li iġġustifika t-tkeċċija tagħha talli ħarbet.

    Il-Pulizija xorta ressqitu fil-Qorti tal-Maġistrati bil-każ jinstema quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li, fost oħrajn, semgħet lill-akkużat u anke lill-allegat vittma.

    Hija rrimarkat li mill-fatti mressqa quddiemha jirriżulta li huwa innegozja l-kundizzjonijiet li wasslu għall-isfruttament tal-mara u l-aġenzija li bagħtitha saħansitra iddeskrivit lil mara bħala “investiement”.

    Il-Maġistrat Lia sostniet li għalkemm ma kinietx konvinta li Kelin ġiet maqfula fid-dar tal-familja Daswani huwa sfruttaha u flimkien ma' theddid, insultiu vjolenza ġab lill-mara bla saħħa quddiem dan l-isfruttament.

    Hija semmiet kif il-vittma ma kellhix flus u lanqas passaport u ħgalhekk ma setgħetx issib post jew xogħol alternattiv u anke biex tixtri l-mediċini u tmur għand dentist kienet dipendenti fuq il-familja.

    “Il-Qorti hija moralment konvinta li l-akkużat, b'mod intenzjonat, abbuża mill-pożizzjoni tiegħu biex jisfrutta lill-vittma billi sfurzaha taħdem u tagħti servizzi lil familtu mingħajr l-intenzjoni li jħallasha. L-akkużat għamel il-preparamenti kollha neċessarji biex iffaċilita u ġab il-vittma Malta billi taha informazzjoni żbaljata dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol”.

    L-imsemmija maġistrat irrimarkat kif il-vittma sabet ruħha maqbuda fi skjavitu finanzjarju fejn itteħdilha l-passaport, ma tħallsitx flus tax-xogħol li għamlet u kienet abbużata fiżikament u verbalment biex tagħmel dak li jgħidulha.

    Waqt li sabitu ħati ta' traffikar u li beżżaha li se juża vjolenza kontriha, il-Maġistrat Lia ikkundannatu sentejn ħabs u l-multa ta' €5,000 waqt li ħarġet ordniet ta' protezzjoni ta' tliet snin fuq Kelin.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0