Informa lill-Pulizija li kien sawwat lill-mara iżda jwieġeb mhux ħati li ried joqtolha

  • Nov 13, 2019 12:34
  • Miktub minn iNews
"

    Emanuel Borg ta’ 61 sena mill-Mellieħa baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bl-attentat ta’ qtil tal-mara tiegħu wara li allegatament taha daqqiet ta’ martell f’rasha u wiċċha. 

    L-inċident seħħ it-Tnejn, għall-ħabta ta’ nofsinhar, f’residenza li tinsab fi Triq Qasam Barrani, fil-Mellieħa, fl-akwati tal-Bajja tal-Prajjiet. Il-mara, ta’ 61 sena, nstabet mimlija demm u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qieħda ssofri minn ġrieħi serji. 

    L-Ispettur Clayton Camilleri spjega lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif il-pulizija kienet rċeviet telefonata mingħand raġel li qal li kien għadu kif sawwat lill-mara. Qal li l-Pulizija marru fuq il-post u bdew jinvestigaw il-każ u kienu infurmati li l-vittma kienet tinsab fil-periklu tal-mewt u li kellha diversi ġrieħi f’wiċċha. Qal li l-imputat ammetta mal-pulizija li kien ta diversi daqqiet ta’ martell fuq il-mara tiegħu u sussegwentement kien arrestat. 

    Fl-Qorti huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi hekk kif miġjuba kontra tiegħu u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba l-aġir tal-imputat li huwa wieħed serju u gravi. 

    L-Ispettur Camilleri informa lill-Qorti li wara dak li ġara, ulied l-imputat ma jridux jafu b’missierhom u li kien wieħed mit-tfal li daħal għal ommu u għenha biex toħroġ mid-dar u tidħol fl-ambulanza.

    Wara li semgħet lill-partijiet jitrattaw it-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ċaħdet it-talba iżda rrakkomandat li jinżamm fit-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Carmeli. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni kontra l-imputat fil-konfront tal-mara tiegħu. Fl-istess waqt ipprojbietu milli b’xi mod javviċina jew isegwi l-passi tagħha kif ukoll ipprojbiet l-aċċess tiegħu ġewwa l-fond fejn hija tirrisjedi.

    L-Avukat Lennox Vella deher għall-imputat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0