Imut “in-Nannu tar-Referees” fl-Ingilterra

  • Nov 13, 2019 14:26
  • Miktub minn iNews

    Kien meqjus bħala "n-nannu tar-referees" Ingliżi. Ted Popple ħalla din id-dinja fl-etá ta’ 87 sena proprju waqt li kien qed jikkontrolla logħba  mill-kampjonat tad-dilettanti msejjaħ Stockton Sunday League. Popple ħassu ħass ħażin f’nofs din il-logħba u minkejja l-intervent tal-paramediċi li kienu fil-ground, huwa miet ħabta u sabta.

    “Sakemm saħħti tibqa’ tagħtini u nkun qed nagħmel xogħol sew, beħsiebni nkompli nirreffja,” kien jgħid ta’ spiss Popple. Ħafna kienu jammirawh li minkejja li kien wasal qrib id-90 sena, xorta baqa’ jagħmel dak li jħobb, jiġifieri, jirreffja.

    Il-karriera tiegħu bdiet lura għas-snin 50 meta kien jilgħab ma’ diversi klabbs tal-futbol tad-dilettanti. Wara li libes il-flokkijiet ta’ Northern Gas Board, Norton, Preston Social u Hartburn, iddeċieda li jdendel għal kollox iż-żarbun u jirtira mil-logħba tal-football sabiex jagħtiha għar-refereeing. Minn hemm beda jikkontrolla bosta logħbiet mill-kampjonat tad-dilettanti fosthom it-Teeside League, in-Northern Intermediate League u riċentement Stockton Sunday League. Fi ftit żmien hu beda jgawdi r-rispett ta’ kulħadd u bosta kienu jammirawh li minkejja l-etá avvanzata, xorta baqa’ jikkontrolla l-logħbiet.

    Meta kien intervistat minn gazzetta lokali Ingliża, ibnu Andrew qal li missieru kien iħobb ħafna l-isport b’mod partikolari l-football. Huwa jiftakar li t-tfulija tiegħu kienet imżewqa “minn ħafna ballun u ftit kotba”.

    Ted Popple kien partitarju kbir ta’ Middlesbrough FC u ma kienx jitlef partita minn tagħhom partikolarment meta kienu jilagħbu fir-Riverside Stadium. Hu kien ilu miktub ma’ dan il-club għal aktar minn 70 sena. Martu Enid dejjem kienet viċin tiegħu minħabba li anke hi kienet dilettanta ta’ dan l-isport.

    Hekk kif nhar il-Ħadd li ġej jissokta s-Stockton Sunday League, qabel il-logħbiet kollha se tkun osservata minuta silenzju lejn il-memorja tan-“Nannu Ted”, kif kien iħobb isejjaħlu kulħadd.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0