“ATTENTI! Resaq lejna u pprova jiftaħ il-bieba kif waqafna fit-traffiku f'Santa Venera”

  • Nov 13, 2019 19:31
  • Miktub minn iNews
"

    “ATTENTI! Sakkru l-karozza kwalunkwe ħin tal-ġurnata.” Hekk bdiet biex tgħid tfajla li kitbet taqsam esperjenza qarsa li għaddiet minnha ftit tas-sigħat ilu waqt li kienet għaddejja minn Santa Venera.

    Inewsmalta kkuntattjat lil din it-tfajla li kkonfermat magħna dak li ġara u spjegatilna kif waqt li kienu qegħdin weqfin bil-karozza fit-traffiku lemħet raġel allegatament barrani u li donnha mill-ewwel għokritha għajnha minnu.

    Ma’ inewsmalta qalet li din mhix l-ewwel darba li bħala prekawzjoni ddeċidiet li ssakkar il-karozza u ftit tal-ħin wara ndunat kemm kienet għamlet sewwa.

    Ir-raġel beda riesaq lejhom sakemm f’ħin minnhom beda jipprova jiftaħ il-bieba tan-naħa ta’ wara sakemm intebaħ li kien kollu ta’ xejn u resaq lura.

    It-tfajla ddeskriviet id-disappunt tagħha ma’ dan is-sit għall-fatt li minn fuq li kkuntattjat lill-Pulizija biex tirrapporta dwar dan ir-raġel, ntqalilha li kellha bilfors tinżel tagħmel rapport personalment, xi ħaġa li skontha kienet impossibbli minħabba li diġà kienet qiegħda tard għal appuntament personali li ma setgħetx tħalli għal aktar tard.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0