David Villa jħabbar li se jirtira mill-karriera

  • Nov 14, 2019 00:52
  • Miktub minn iNews
"

    L-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Spanja, David Villa, ħabbar li se jirtira mill-football fi tmiem l-istaġun tal-J-League tal-Ġappun ix-xahar id-dieħel.

    L-ex attakkant ta’ Barcelona se jtemm karriera ta’ 19-il sena li fiha rebaħ it-Tazza tad-Dinja 2010 u l-Euro 2008 ma’ pajjiżu.

    Il-player ta’ 37 sena, li anke rebaħ żewġ titli ta’ La Liga u ċ-Champions League ma’ Barca, qal li kien ilu jaħseb fuq din id-deċiżjoni “għal żmien twil”.

    Villa, li din is-sena qed jilgħab ma’ Vissel Kobe wara erba’ staġuni ma’ New York City, se jinvesti fi Queensboro FC, li huwa negozju ġdid ibbażat fid-distrett ta’ Queens fi New York li se jilagħbu fit-tieni skaluna tal-foot­ball Amerikan.

    Villa skorja 59 goals għal Spanja fi 98 logħba, lagħab fi tliet finali tat-Tazza tad-Din­ja, għolla t-trofew fl-2010 u sentejn qabel rebaħ il-Kampjonat Ewropew.

    Huwa anke skorja t-tielet goal ta’ Bar­celona fir-rebħa 3-1 kontra Manchester United f’Wembley fil-finali taċ-Champions Lea­gue 2010-11.

    Mal-clubs Villa għandu dan ir-rekord: Sporting Gijon (80 logħba, 38 goals), Zaragoza (73–32), Valencia (166–108), Barcelona (77–33), Atletico Madrid (36–13), New York City (124–80), Melbourne City  (4–2), Kolbe (24–12).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0