Il-Gvern jilqa’ t-talba tal-GWU ... Ftehim biex il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkunu protetti b’assikurazzjoni

  • Nov 14, 2019 09:41
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Il-General Workers' Union (GWU) laħqet ftehim mal-Gvern biex il-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tal-emerġenza ġewwa Mater Dei u l-impjegati kollha fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa Mentali, inklużi s-Servizzi ta' Outreach, se jkunu protetti b'assikurazzjoni.  

    L-Assistent Segretarju tat-Taqsima GWU, Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Lawrence Bugeja, sostna ma’ dan il-ġurnal li dan seħħ wara numru ta’ diskussjonijiet bejn il-GWU u l-Ministeru tas-Saħħa.

    L-assikurazzjoni se tkopri lill-ħaddiema msemmija li jistgħu jweġġgħu b'mod gravi waqt li jkunu qegħdin jwettqu dmirhom f'dawn is-sezzjonijiet fejn hemm element ta' periklu għoli.

    Il-Union temmen li l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dawn is-sezzjonijiet li jpoġġu ħajjithom f'periklu biex isalvaw ħajjet ħaddiema u persuni oħra, ħaqqhom igawdu minn dan il-benefiċċju li se jkun qiegħed jirrikonoxxi d-diffikultajiet u l-perikli tax-xogħol li jwettqu.

    L-Assistent Segretarju Lawrence Bugeja qal li l-ħtieġa għal dan il-ftehim inħass wara sensiela ta’ inċidenti fejn Emergency Ambulance Respondents ġew attakkati minn pazjenti jew qraba tagħhom kemm verbalment kif ukoll fiżikament. Bugeja żied jgħid li kien hemm każ ta’ EAR li dam sena barra wara li sofra ġrieħi minn aggressjoni waqt li kien qiegħed fuq xogħol.

    Ftit ta’ jiem ilu seħħ attakk fiżiku fuq infermiera mara li marret fuq il-post tal-emerġenza u ġiet imkaxkra t-taraġ minn membru tal-familja ta’ pazjent li ċempel għall-ambulanza. Kienu l-ġirien u nies li kienu fil-viċinanzi li intervjenew biex jipproteġu l-infermiera minn aktar abbuż fiżiku u verbali.

    Filwaqt li kienu se jidħlu fis-seħħ numru ta’ direttivi, il-kwistjoni tpoġġiet fuq il-mejda waqt laqgħa tal-Kabinett, li matulha kien hemm qbil li l-infermiera għandhom jiġu ttrattati bħal kull ħaddiema oħra minn setturi differenti li huma kkunsidrati wkoll li joperaw f’sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0