L-inċidenti tat-traffiku jiżdiedu, dawk feruti jonqsu

  • Nov 14, 2019 14:47
  • Miktub minn iNews
"

    Bejn Lulju u Settembru li għadda ġew rappurtati 4,187 inċident tat-traffiku li kien ifisser żieda ta' 14.5% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

    Fl-istess waqt naqsu bi 3% dawk li weġġgħu fl-inċidenti u li ammontaw għal 449 fil-perjodu msemmi.

    Dan joħroġ minn figuri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għat-tielet kwart ta' din is-sena.

    Fost il-vittmi tal-inċident kien hemm tlieta li mietu b'persuna minnhom tkun xufiera, oħra passiġġiera u t-tielet vittma kienet għaddejja mit-triq.

    Minn dawk li weġġgħu gravi kien hemm 39 xufier, 18-il passiġġier u 32 persuna li jew kienu mexjin jew għaddejjin fuq rota meta seħħ l-inċident.

    L-NSO sab li 66.3% mid-89 persuna li weġġgħu gravi kienu rġiel bi tnejn mit-tlieta li mietu jkunu tas-sess maskil.

    Fil-parti l-kbira tal-inċident, eżattament 63.9%, il-vetturi involuti kienu karozzi tal-passiġġieri segwiti minn 28.3% li kienu muturi u 4% vettura tal-ġarr.

    Kien hemm tliet ċiklisti li weġġgħu fl-inċidenti tat-traffiku bi tnejn minnhom isofru ġrieħi gravi.

    Il-jum tat-Tnejn kien l-iktar wieħed li fih seħħew inċidenti b'713 każ li fih weġġgħu 83 persuna.

    Birkirkara kienet l-iktar lokalità fejn seħħew inċidenti bi 346 każ segwita minn Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar b'216 u 203 inċident rispettivament.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0