Il-Korea ta' Fuq tirrifjuta l-offertà tal-Istati Uniti għal sessjoni ġdida ta' taħditiet dwar in-nuklear

  • Nov 14, 2019 18:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Korea ta’ Fuq illum ma laqgħetx it-talba tal-Istati Uniti għal taħditiet ġodda, fejn qalet li mhijiex interessata f’taħditiet li huma intenzjonati biss biex irażżnuha. Ir-rifjut ta’ Pyongyang għal aktar taħditiet waslet qabel l-iskadenza ta’ tmiem is-sena minn Pyongyang biex l-Istati uniti turi aktar flessibbiltà fin-negozjati tagħha.

    Kim Myong Gil, in-negozjatur għan-nuklear tal-Korea ta’ Fuq, kien kwotat jgħid li Stephen Biegun, il-kontroparti tiegħu għall-Istati Uniti, offra permezz ta’ pajjiż ieħor biex iż-żewġ naħat jiltaqgħu mill-ġdid.

    Kim u Biegun iltaqgħu fi Stokkolma x-xahar li għadda għall-ewwel darba mindu l-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq kim Jong Un f’Ġunju qablu li jerġgħu jiftħu n-negozjati bejniethom wara li summit li żvolġa fil-Vjetnam fi Frar li għadda naqas milli jħalli l-frott.

    Il-laqgħa li żvolġiet bejn Gil u Biegun ukoll falliet, bil-korea ta’ Fuq tgħid li l-Istati Uniti naqset milli tippreżenta approċċ ġdid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0