Raġel mhux ħati li seraq 91 litru dijżil minn trakk

  • Nov 14, 2019 19:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Maġistrat Josette Demicoli illiberat raġel mixli bis-serq ta' 91 litru dijżil minn trakk wara li ma ġiex pruvat li kien hu li wettaq ir-reat.

    Ir-raġel kien mixli li wettaq dan ir-reat fis-6 ta' Frar 2014, għall-ħabta tal-3.45 a.m., mit-trakk ta' Joseph Attard li kien ipparkjat ħdejn il-Mike's Petrol Station ta' Ħal Qormi.

    Meta l-pulizija rċevew ir-rapport li kien hemm persuan qed tisraq u marru fuq il-post raw raġel liebes hood li ħarab minn fuq il-post u daħal ġo vettura.

    Mal-art l-pulizija sabu ammont ta' dijżil u jerrycan safra b'pajp imdendel ġo fih.

    Mill-investigazzjoni rriżulta li l-karozza kienet reġistrata fuq raġel ieħor imma dan kien ipparkjaha ż-Żejtun u l-ħalliel ħadielu u reġa' ħallihielu fl-istess lokalità.

    Il-Pulizija arrestat lill-imputat għax l-investigaturi dehrilhom li s-serqa seħħet bl-istess mod li dwarha hu ġie akkużat b'serqa oħra.

    Madankollu l-Maġistrat Demicoli irrimarkat li dan ma kienx biżżejjed biex issib ħtija fih u sostniet li mill-filmati tas-CCTV cameras esebiti jidher raġel b'wiċċu mgħotti bil-hood imma mhux neċessarjament kien l-akkużat.

    Hija semmiet li lanqas instabu, jew ġew elevati, marki tas-swaba minn fuq il-jerrycan u ikkonkludiet li ma tressqu ebda provi li bihom Farrugia seta jinsab ħati tas-serqa.

    Kien għalhekk li illiberatu mill-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispetturi Joseph Agius u Roderick Agius.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0