Malti jigdem subgħa ta' barrani

  • Nov 14, 2019 19:59
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 31 sena nstab ħati li gidem subgħa ta' barrani waqt argument li beda f'Wied il-Għajn u kompla fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid.

    Elton Briffa kien mixli li fil-5 ta' Settembru 2008, għall-ħabta tal-11.30 p.m. f'Wied il-Għajn, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Josef Abdul Hedi.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea rriżulta li l-akkużat u l-vittma kienu involut f'argument f'Wied il-Għajn u kien hawn li Briffa gidem lil Hedi.

    It-tnejn li huma reġgħu ltaqgħu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u nqalgħet ġlieda oħra hemm fejn Hedi qala daqqa għalkem sostna li jaħseb li kien ħu l-akkużat li tahielu.

    Il-Maġistrat Galea sabet lil Briffa ħati u illiberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 18-il xahar.

    Il-prosekuzzjoni fil-konfront ta' Briffa tmexxiet mill-Ispettur Fabian Fleri.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0