Tliet skorers prolifiċi jfittxu club ġdid

  • Nov 15, 2019 00:13
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet attakkanti ta’ esperjenza qed jissemmew ta’ spiss fix-xnigħat li diġá bdew għaddejjin f’dak li għandu x’jaqsam suq tat-trasferimenti. Dawn huma l-attakkant ta’ Los Angles Galaxy Zlatan Ibrahimovic, Olivier Giroud ta’ Chelsea u Mario Mandzukic ta’ Juventus.

    It-tlieta li huma għaddejjin minn storja differenti. Ibrahimovic għadu kemm ħabbar li mhux se jilgħab aktar fl-Istati Uniti u mistenni jmur jilgħab l-Italja fejn hemm Bologna u Milan għalih.

    Min-naħa l-oħra Giroud mhux qed ikun inkluż mal-Blues u għalhekk qed jipprova jfittex destinazzjoni oħra. F’dan il-każ, Inter qegħdin attenti għal kull possibbiltá u jistgħu jinkluduh fl-iskwadra sa minn Jannar sabiex ikun jista’ jassisti lil Romelu Lukaku fl-attakk.

    Mill-banda l-oħra, Mandzukic qed jissemma’ b’insistenza ma’ Borussia Dortmund jew Manchester United.

    Żgur li għal dawn it-tliet attakkanti, ix-xhur ta’ Diċembru u Jannar se jkunu ferm impenjattivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0