“Sentejn ma narax nies, ħalluni nieħu nifs” - il-Professur Joseph Mifsud li ilu sentejn li għeb

  • Nov 15, 2019 07:35
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks diplomatiku Malti, il-professur Malti Joseph Mifsud, li għal sentejn sħaħ kien għeb u li anke kien ingħad li kien miet, issa reġa’ spiċċa fl-aħbarijiet.  Dan hekk kif il-pubblikazzjoni Taljana Adnkronos ippubblikaw recordings li intbagħtu lilha f’żewġ fajls separati.  Fit-tapes qed jingħad li l-leħen hu tal-Professur Joseph Mifsud u li dawn saru fil-11 ta’ Novembru li għadda.  “Ilni sentejn bla kuntatt uman. Ma nistax nibqa’ ngħix hekk.  Qed fl-aħħar. Ħalluni nieħu nifs”. 

    Il-professur Malti  Joseph Mifsud, hu fiċ-ċentru tal-kontroversja wara li kien ġie allegat li kien il-ħolqa bejn il-Gvern Russu u l-kampanja Presidenzjali ta’ Donald Trump, fejn hu allegat li hu  kien ftaħar bil-konnessjonijiet li kellu mar-Russja, fosthom pranzu fi grupp żgħir ma’ Putin innifsu.

    Kien ġie allegat li Mifsud kien allegatament informa kollega fin-negozju li r-Russja kellha minjiera ta’ informazzjoni dwar ir-rivali ta’ Trump, Hillary Clinton, xhur qabel ma din ħarġet fil-beraħ.   Il-professur Malti qed ikun akkużat li tkellem dwar sigrieti jew li ta informazzjoni lir-Russi li setgħet ittebba’ lil Hilary Clinton waqt il-ġirja Presidenzjali u li din intużat fil-kampanja favur Donald Trump. Meta ħarġet din l-aħbar il-Professur Malti kien ċaħad kull tip ta’ allegazzjoni.

    Fit-tapes li ġew imxandrin, u li għad trid issir analiżi dar jekk il-leħen hux awtentiku, il-persuna li qalet li hi l-Professur Joseph Mifsud tgħid li “m’għandi ebda kuntatt la ma familjari u lanqas ħbieb. Din is-sitwazzjoni ilha għal diversi xhur.  Għaddew sentejn u l-kwistjoni kollha splodiet u ġiet ippreżentata lill-midja bħala xi ħaġa li jien kelli x’naqsam jew li ppruvajt ninfiltra.  Din hi asssurda.”

    Fit-tape jgħid li “jien Joseph Mifsud u din hi l-vuċi tiegħi. Qed nirrekordja illum 11 ta’ Novembru.  Jgħid li “qatt u qatt ma ġejt imħallas  bien nikkommmetti xi infiltrament fil-privatezza ta’ xi ħadd ieħor.  Dejjem tlabt li jekk kien hemm persuna A li riedet tiltaqa’ ma’ B, jien dejjem ikkuntattjajt lil B jekk tridx tagħmel dan.  Dan hu kollox.”

    Jgħid li “ippruvajt inżomm il-bogħod kemm nista’ f’dawn is-sentejn. Dan kien ir-rwol li ħadt f’dawn is-sentejn. Qatt ma irċevejt istruzzjonijiet mingħand xi ħadd. Dejjem kont ferm u ferm diplomatiku f’dak li għamilt.”

    Il-Professur Mifsud ikompli jgħid hu importanti ħafna li ningħata l-possibilità li ngħix ħajti mill-ġdid.  Hu diffiċli li nibqa’ ngħix din il-ħajja, bla kuntatt uman, mingħajr ebda esperjenza man-nies. Hu importanti li xi ħadd x’imkien jiddeċiedi li jibda jħallini nieħu nifs. Grazzi”. 

    Intant ftit jiem ilu l-avukat ġenerali William Barr, iddeċieda li jagħmel investigazzjoni kriminali fid-dipartiment tiegħu u dan wara li sema' xhieda rrekordjata. Ix-xhieda rrekordjata kienet mill-Professur Malti Joseph Mifsud li hu fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni mill-FBI. Dan ir-recording, William Barr semgħu meta ftit ġimgħat kien f’’Ruma fejn hu u l-Prosekutur John Durham semgħu fid-dettal din il-konversazzjoni irrekordjata.

    Il-profil ta’ Joseph Mifsud, id-Direttur tal-Akkademja tad-Diplomazija f’Londra, ġie identifikat f’dokument ta’ 20,000 paġna, u joqgħod eżatt mal-profil tal-kuntatt, hekk imsejjaħ, “barrani” fil-kawża l-Qorti li hemm miftuħa kontra wieħed mill-persuni li kienu jmexxu l-kampanja ta’ Trump, George Papadopoulos.

    Dan Papadopoulos kien ammetta l-Qorti li gideb lill-FBI dwar il-kuntatti tiegħu mar-Russja.

    Irid jingħat ukoll li aktar minn sena ilu kien ingħad skont rapport fil-qorti federali ta’ Manhattan, l-istat tal-professur Mifsud kien deskritt bħala ‘nieqes x’aktar mejjet’. Ir-rapport kien sar mill-avukati  tal-kumitat nazzjonali demokratiku Amerikan li ilhom numru ta’ xhur jippruvaw jittraċċaw lil Mifsud fit-tentattiv tagħhom li jħarkuh il-qorti wara li l-kompjuters tal-kumitat nazzjonali demokratiku Amerikan ġie iħħekkjat minn ħakers iffinanzjati mill-Istat Russu.

    Il-Kumitat Nazzjonali demokratiku Amerikan qal li ilu xhur jipprova jagħmel kuntatt ma’ Mifsud biex iservih bit-tħarrika iżda ma irnexxielu jintraċċah.

    Mifsud deher l-aħħar f’Ottubru tas-sena 2017 fil-kapitali Taljana Ruma.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0