Terz biss tad-deputati Nazzjonalisti preżenti għad-diskors ta’ Simon Busuttil

  • Nov 15, 2019 10:36
  • Miktub minn iNews
"

    “Kienet weġgħa ma narawx lit-tmexxija preżenti Nazzjonalista waqt id-diskors ta’ Simon Busuttil fil-Parlament.”  “Weġġajt ma narax lil David Agius, lil Robert Arrigo, lil Edwin Vassallo u lil Ivan Vassallo fil-Parlament x’ħin tkellem Busuttil”. “Adrian Delia u l-Viċi Kap, Clyde Puli telqu l-barra mill-Parlament ftit minuti biss beda jitkellem Simon Busuttil”.  “Dawn li ma kienux preżenti għandu jixxandar isimhom ħa nkunu nafu min huma”.  “Tal-mistħija kif marru għaxra biss. Għandna dritt inkun nafu għaliex ma kinux preżenti”.

    Dawn kienu kummenti li inkitbu minn għadd imdaqqas ta’ partitarji u attivisti Nazzjonalisti, wara li grupp ta’ attivisti li kienu fil-Parlament isegwu d-diskors ta’ Simon Busuttil, f’Parlament tista’ tgħid vojt għajr 9 membri minn naħa tal-Oppożizzjoni.  Dan minn grupp Parlamentari Nazzjonalista ta’ 28 deputat.

    Waħda minn dawk preżenti  kienet Karen Zerafa Boffa, li ma naqsitx li turi id-diżappunt tagħha għal fatt li l-parti l-kbira tad-deputati Nazzjonalisti ma kinux preżenti. 

    Hi kkummentat hekk: “minkejja it-temp ħażin kont preżenti fil-gallarija tal-Parlament flimkien ma’ oħrajn. Konna hemm biex nisimgħu id-diskors ta’ Simon Busuttil.  Kien diskors li wera li meta Simon Busuttil kien qed imexxi l-Partit Nazzjonalista hu kellu raġun. Jiddispjaċini ngħid li ma kien hemm ebda membru għan-naħa tal-Gvern preżenti.”

    Tenfasizza li “imma bl-istess mod, kien hemm ukoll l-assenza tal-Oppożizzjoni.  Il-fazzjoni ta’ Adrian Delia ma kinitx hemm.  Taħt ċirkostanzi normali, Delia u l-kumplament kellhom ikunu hemm jappoġġjaw lil Dr. Simon Busuttil. Biss, l-assenza tal-mistħija tagħhom, turi l-kuntrarju. Turi li huma mhux kuntenti u dan għax il-mod ġdid ta’ Delia qed juri li hu kompletament ħażin u irrilevanti. Il-mod ġdid qed jisfaxxa quddiem għajnejna.”

    Tkompli tgħid li “kuntenta li anki id-deputati tal-mod ġdid kif issir il-politika, aġixxew bħad-deputati tal-Gvern u din turik fejn verament qegħdin. Ħadt gost li ma ġewx għax rajna li marru biss id-deputati Nazzjonalisti qalbiena. Dawk li jridu jibqgħu jiġġieldu għal verità”.

    Hi ma tiqafx hemm u ssemmi lil dawk li attendew b’isimhom u tirringrazzjahom. Dawn kienu Jason Azzopardi, Karol Aquilina,  Marthese Portelli, Claudio Grech, Therese Comodini Cachia, Claudette Buttiġieġ, Mario de Marco, Karl Gouder u Kevin Cutajar.  Hi tispjega li Beppe Fenech Adami ma attendiex għax kien indispost waqt li Chris Said m’attendiex minħabba li vapur t’Għawdex ma ħadimx minħabba l-maltemp.

    Kienu diversi dawk in-Nazzjonalisti li esprimew ix-xewqa tagħhom li l-Parlamentari Nazzjonalista li m’attendewx għad-diskors fil-Parlament, ma jattendux għal protesta ta’ nhar is-Sibt. 

    Kien hemmm attivisti oħra li qalu li din il-protesta saret bħalha qabel l-elezzjoni iżda ma wasslet imkien. Kien hemm attivisti qrib Adrian Delia li sostnew li ma jarawx għax għandhom jattendu biex imbagħad ikun hemm attivisti li joqogħdu jgħajruhom jew iwaddbu affarijiet lejhom kif ġara riċentament f’attività oħra. 

    L-istess attivisti qalu li meta kien hemm ir-replika tal-Prim Ministru Joseph Muscat għad-diskors li kien għamel Adrian Delia dwar il-baġit, Delia tħalla ukoll kważi waħdu b’ħafna deputati jaslu tard.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0