Milħuq ftehim dwar il-membri u t-termini ta’ referenza tal-Inkjesta Pubblika Indipendenti dwar DCG

  • Nov 15, 2019 10:54
  • Miktub minn iNews
"

    Fi stqarrija maħruġa mill-gvern intqal li wara diversi laqgħat li saru bejn rappreżentanti tiegħu u l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u r-rappreżentanti tagħhom, intlaħaq ftehim dwar bidliet kemm dwar il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika Indipendenti, u kemm dwar it-termini ta’ referenza relattivi għall-istess Bord.

    L-Imħallef Emeritu Michael Mallia se jibqa’ jokkupa r-rwol ta’ chairperson. Intlaħaq ftehim dwar il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro bħala l-membri l-ġodda. 

    Il-Professur Ian Refalo u Dr Anthony Abela Medici, li kienu ġew nominati bħala membri fuq il-Bord, irtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom biex iservu fuq il-Bord fid-dawl ta’ dan il-ftehim.

    Bħala sinjal ta’ rieda tajba matul it-taħditiet ma kienx ġie amministrat il-ġurament meħtieġ bil-liġi qabel il-bidu tal-inkjesta lit-tliet membri tal-Bord.

    Fid-dawl tal-fatt li l-Imħallef Abigail Lofaro hija wkoll membru sedenti tal-Ġudikatura, saru wkoll konsultazzjonijiet mal-Prim Imħallef biex jiġu mitigati xi effetti negattivi li jista’ jkun hemm fuq l-amministrazzjoni tal-każijiet attwali li għandha l-Imħallef Lofaro.

    It-termini ta’ referenza tal-Bord ta’ Inkjesta Pubblika Indipendenti ġew ukoll varjati fid-dawl tad-diskussjonijiet bejn il-familja Caruana Galizia u l-gvern. It-termini ta’ referenza riveduti qed jiġu ppubblikati ma’ din l-istqarrija.

    Il-gvern irringrazzja lill-Professur Ian Refalo u Dr Abela Medici għar-rieda li urew biex ikunu ta’ servizz, kif ukoll lill-Imħallfin Mallia, Said Pullicino u Lofaro għall-impenn li aċċettaw li jwettqu. 

    Preżenti għal-laqgħat li wasslu għal dan il-ftehim kien hemm il-Prim Ministru, l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-Avukat Ġenerali għan-naħa tal-gvern, u l-Avukat Joseph Zammit Maempel, l-Avukat Therese Comodini Cachia u membri tal-familja Caruana Galizia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0