Ħbiet id-droga u ppruvat iddaħħalha lil priġunier fil-ħabs

  • Nov 15, 2019 12:23
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla Maltija nqabdet tipprova ddaħħal id-droga lil priġunier fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

    Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11:00 a.m. It-tfajla ppruvat iddaħħal droga sintetika lil priġunier li bħalissa qiegħed jisskonta sentenza l-ħabs. 

    Jidher li t-tfajla ppruvat ddaħħal din id-droga fi ġlekk, iżda ġiet interċettata meta għaddiet mill-scanners ġodda li ġew installati fl-entratura tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

    Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi reġgħet waqqfet persuna oħra li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.

    Bil-każ ġew infurmati l-pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.

    Mhux eskluż li t-tfajla titressaq il-qorti u tiġi mixlija li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0