[Aġġornata] Sentejn ħabs sospiżi wara li inġurja u hedded lill-Maġistrat Joe Mifsud

  • Nov 15, 2019 12:47
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornata: Wara li ammetta li inġurja u hedded lill-Maġistrat Joe Mifsud, Joseph Mary Ebejer kien ikkundannat sentejn sospiżi għal 4 snin u mmultat €700. Huwa kien ordnat jagħmel apoloġija kif ukoll ineħħi l-filmat li tella’ fuq YouTube sal-5:00 p.m.

    Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-Maġistrat Mifsud u l-familjari tiegħu għal żmien tliet snin.

    12:30 p.m: Raġel ta’ 54 sena qed jitressaq il-Qorti akkużat li inġurja u hedded lill-Maġistrat Joe Mifsud waqt li kien qed jagħmel jew minħabba li kien  għamel id-dmirijiet tiegħu, jew bil-ħsieb li jbeżżgħu nkella li jinfluwixxi fuqu kontra l-liġi fid-dmirijiet tal-kariga tiegħu u jew bl-iskop li jtellef jew inaqqas il-ġieħ tal-istess Magistrat.

    Joseph Mary Ebejer minn Ħal Qormi qed jitressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, u qed jiġi mixli li hedded lill-Maġistrat Joe Mifsud permezz ta’ messaġġi fuq apparat telefoniku.

    Il-każ żvolġa lbieraħ u fil-ġranet ta' qabel, b’Ebejer jiġi mixli wkoll li bħala uffiċjal pubbliku kellu jissorvelja biex ma jsirx dan ir-reat.

    Ebejer ġie akkużat ukoll li rrenda ruħu riċediv b’diversi sentenzi oħra tal-Qorti. Ebejer għandu wkoll kawża pendenti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

    Ebejer huwa magħruf fuq il-midja soċjali bħala Josmar Ebejer, u spiss itella’ filmati bil-kummenti tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0