Aladin ... Il-pentow bil-Malti li m'għandekx titlef

  • Nov 15, 2019 14:42
  • Miktub minn iNews
"

    Wara s-suċċess miksub 4 ġimgħat ilu bil-kunċert Just Musicals 7, issa il-Kumpanija Teatru Rjal kompliet bil-preparazzjonijiet kbar għall-Pantomina  ta’ din is-sena  Aladin ... il-Pentow bil-Malti.

    Din hija id-19-il sena konsekuttiva li din il-Kumpanija qiegħda ttella' dan l-ispettaklu li dejjem ġibed lejn it-Teatru tal-Istitut Kattoliku eluf kbar ta’ nies.

    Ovja, Aladin, storja li fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi u fejn bl-ingredjenti li jiżdidulha minħabba li hija pantomima żgur li toħloq spettaklu ħaj sħiħ mimli daħq, kulur, xenarju, kant, żfin u reċtar. Insomma f’kelma waħda divertiment għall-familja kollha. "Żammejna ħafna fidili mal-istorja pero ovvja li għandha ħafna elementi oħra li n-nies li jiġu jarawha, jieħdu pjaċir u jiddevertu."

    Jieħdu sehem Rodney Gauci bħala d-dama, Mario Cassar bħala Aladin, Michela Galea bħala Jasmine flimkien ma'  Louis Andrew Cassar,  Lee-N, Brian Farrugia, Jeffrey Scicluna, Jurgen  Ciantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion, u Leah Mifsud. Il-Koreografija hija tal-Kinectic Dance Studio b’mużika live mill-band immexxija minn Conrad Briffa. 

    Id-dati f’Diċembru huma dawn: Il-Ħadd 22 fl-10.00am u fl-4.00pm, Il-Ħamis 26 fis-2.30pm u fis-7.30pm, Il-Ġimgha 27 fis-7.30pm, Is-Sibt 28 fis-7.00pm, Il-Ħadd 29 fis-2.00pm u fis-6.30pm, It-Tnejn 30  fis-7.30pm, u f’Jannar
    tas-sena d-dieħla jsiru 2 rappreżentazzjonjiet oħra s-Sibt 4 ta' Jannar fis-7.30pm u l-Ħadd 5 ta' Jannar fis-6.30pm.

    Booking miftuħ onLine fuq www.ktrmalta.com u mingħand Pawlu Testa Travel, G’Mangia (99476468) 9.00am – 1.00pm, Booking Office Teatru  (21238429)  Tnejn sal-Gimgha 4.00pm-7.00pm u s- Sibt u Ħadd  9.30am – 12.00pm u mingħand Clobber, Mellieha (21520954 – 77860085)  

    Booking Hotline: 99994987 u FREE DELIVERY TAL-BILJETTI … GĦALL-GĦAWDXIN UKOLL!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0