Minn għada jibdew iċ-ċerimonji tal-gradwazzjonijiet... Dis-sena b'sinifikat speċjali hekk kif l-Università tiċċelebra 250 sena minn meta saret Università

  • Nov 15, 2019 19:35
  • Miktub minn iNews
"

    Minn għada jibdew iċ-ċerimonji tal-gradwazzjonijiet fl-Università ta’ Malta. B’kollox se jkun hemm 29 ċerimonja ta’ gradwazzjoni li fihom se jiggradwaw aktar minn tlett elef u ħames mitt student.

    Din is-sena, il-gradwazzjonijiet għandhom sinifikat speċjali għaliex l-Università qed tiċċelebra l-mitejn u ħamsin sena minn meta ġiet stabbilita bħala università pubblika mill-Gran Mastru Pinto għalkemm l-għeruq tal-istituzzjoni jmorru lura lejn l-aħħar tas-seklu sittax meta twaqqaf dak li hu magħruf bħala l-Collegium Melitense mmexxi mill-Ġiżwiti.

    Għall-ewwel darba, dawk l-istudenti li se jkunu qed jiggradwaw b’dottorat se jkunu qed jagħmlu dan f’ċerimonja waħda li se ssir nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru, propju fil-ġurnata li l-Università tiċċelebra t-twaqqif tagħha. Din is-sena 31 student mistennija jiggradwaw b’dottorat (Ph.D.) f’suġġetti varji. L-ewwel ċerimonji se jkunu dawk tal-postgrad li fihom studenti jkunu qed jiksbu l-lawrja tagħhom f’diversi oqsma fil-livell ta’ Master.

    Kif inhi t-tradizzjoni, dawn iċ-ċerimonji jsiru fil-Knsija tal-Giżwiti, il-Belt Valletta, biswit il-binja li minnha twieldet l-Università ta’ Malta u li llum hija magħrufa bħala l-Valletta Campus. Intant, iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni undergrad isiru fis-Sala Sir Temi Zammit fil-Campus tal-Imsida. B’kollox se jkun hemm 14-il ċerimonja ta’ gradwazzjoni fil-livell undergraduate. L-iktar Fakultà li se jkollha gradwati hija dik tal-Economics, Management and Accountancy bi kważi 600 student segwita minn dawk tal-Edukazzjoni u l-Arti b’madwar 350 student kull waħda.

    Din is-sena, sitt studenti li għandhom 70 sena jew aktar se jkunu qed jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom bl-iktar wieħed anzjan għandu 76 sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0