“Tiġġudikax, ix-xufier seta’ kien missierek jew ommok li jbatu minn xi kundizzjoni ta’ saħħa” - Inċident stradali fil-Furjana

  • Nov 17, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Sewwieq ta’ Karozza tal-linja jista’ jgħoddha b’waħda wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi triq Sant Anna, fil-Furjana.

    Minn stħarriġ illi sar jidher li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura, tela’ fuq central strip u baqa’ dieħel f’xi siġar.

    Minnufih issejħu uffiċjali tal-pulizija li kkontrollaw is-sitwazzjoni. Kelliem għall-pulizija kkonferma magħna li fortunatament ħadd ma ndarab f'dan l-inċident.

    Intant fuq il-midja soċjali ma damux ma bdew tilgħin xi memes b’persuni jippruvaw joħorġu bi frażijiet intenzjonati biex jiċċajtaw b’dak li ġara. Madanakollu bosta kienu dawk li sostnew li dan mhux inċident li ta’ min jiċċajta bih għax ħadd ma jaf ix-xufier sofriex minn xi problema f’saħħtu u fost il-kummenti li kien hemm spikka dak li jgħid “Tiġġudikax, ix-xufier seta’ kien missierek jew ommok li jbati b’xi kundizzjoni ta’ saħħa”.

    Ritratti: Facebook

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0