Delia jgħid li l-Gvern tilef il-legittimità tiegħu

  • Nov 17, 2019 14:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia iddikjara li taħt dan il-Gvern il-korruzzjoni mhu se tieqaf qatt għax hija fin-natura tiegħu.

    Waqt li kien qed jindirizza folla ċkejkna fil-każin Nazzjonalista ta' Tas-Sliema, Delia sostna li għalkemm ikun hemm min jistaqsi għala jibqgħu jinsistu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa jemmen li bħalma jekk ikun hemm it-tfal fix-xifer u twissihom bil-periklu dejjem hekk għandu jsir f'dan ir-rigward.

    Huwa nsista li l-PN jieqaf jitkellem dwar il-korruzzjoni meta din tieqaf isseħħ għalkemm wera dubji kemm dan se jsir.

    Delia irrefera għall-kawża ta' libell li kienet tinvolvi liċ-Chief-of-Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u lill-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil fejn qal li kieku wieġeb Schembri kien imur il-Ħabs kemm kieku gideb kif ukoll li kieku qal il-verita.

    Huwa akkużat lill-Prim Ministru li gideb fil-Parlament u sostna li huwa kien waqqa' il-libell li fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia għax dinja demokratika tesiġi li ħadd ma jibqa' jfittex l-eredi ta' ġurnalista assassinata.

    Delia iddeskriva lil dan il-gvern bħala wieħed li tilef il-leġittimita tiegħu. Waqt li semma kif Muscat keċċa minn Ministri lil Manuel Mallia u Michael Falzon imma m'għamilx hekk lil Schembri, Delia staqsa għaliex qed jipproteġih u x'jaf fuqu li qed jorbotlu jdejh.

    Huwa reġa' semma il-bejgħ tal-isptarijiet t'Għawdex, San Luqa u Karin Grech lill-privat u nsista li Malta qed tħallas il-prezz tal-korruzzjoni anke hawn.

    Il-Kap tal-PN żied li pajjiżna għandu għażla li quddiem il-korruzzjoni jew jibqa' sieket jew jitkellem u akkuża lill-Gvern li qed imexxi b'arroganza fejn semma kif il-kuntratturi daħlu f'Wied Qirda jagħmlu ħerba u meta ikkonfrontati wieġbu li huma jemmnu f'dan il-Gvern u baqgħu għaddejjin b'xogħlhom.

    Delia qal li mhux il-PN li mhux kredibbli imma dan il-gvern u min qed imexxih waqt li rrimaraka li ż-żejt tiela' f'wiċċ l-ilma u n-nies qed jintebħu b'dak li għaddej madwarhom.

    Lejn tmiem id-diskors huwa enfasizza li rridu ninsew id-differenza li jifirduna u naħdmu fuq dak li jgħaqqadna u sostna li akbar ma tkun l-isfida għall-PN aktar jissaħħaħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0