Protesta oħra fl-Isla kontra l-proġett tal-AUM

  • Nov 17, 2019 15:14
  • Miktub minn iNews
"

    Bosta persuni nġabru quddiem id-daħla tal-Isla biex jipprotestaw kontra l-pjan tal-American University of Malta (AUM) biex fl-inħawi tibni uffiċini amministrattiv, dormitorju u testendi l-kampus.

    Il-protesta kienet it-tieni waħda fi ftit ġimgħat u reġgħet ġiet organizzata mill-għaqda Azzjoni: Tuna Artna Lura fejn anke ndaqqet il-kanzunetta “Malta” ta' Mary Spiteri.

    Joseph Tonna, li huwa mill-Isla, indirizza lil dawk preżenti fejn qal li ħadd mhu jaqbeż għan-nies tal-Kottonera u staqsa fejn huma l-membri tat-Tieni Distrett u l-kunsillieri.

    Huwa rrimarka li għad hemm ċans li l-ferita tal-Kottonera ma tikbirx u nsista li ma jridux oxxentia ta' bini wara biebhom.

    “Il-Grupp ta' Sadeen huma magħrufa għall-bini ta' hotels u mhux fl-edukazzjoni. Min jaf kieku kellna nibnulhom mal-ġojjell li hemm fil-Ġordan, il-Petra, kif jeħduha l-Ġordaniżi?”.

    Tonna qal li waqt li l-inħawi ma ċedewx għat-Toro u l-attakk Nazisti issa qed jiġu mhedda minn dan il-proġett u b'mod ċiniku qal li jekk 30 sena ilu waqt il-Ħajt ta' Berlin issa kien tiela l-Ħajt tal-Ġordan.

    Kelliem ieħor kien Dione Caruana li għalkemm ilu 16-il sena jgħix Għawdex għadu jqis lilu nnifsu bħala Bormliż.

    Huwa għamilha ċara li ma riedux ifixklu l-investiment tal-Gvern u sostna li jekk l-AUM tirnexxi tkun aħbar tajba għal kulħadd madankollu nsista li ma jfissirx li għax tefgħet l-ankri hawn setgħet tagħmel il-post tagħha.

    Caruana staqsa kemm huwa aċċettabbli li jitla' bini ħdejn wieħed storiku u staqsa x'jiġri kieku jkun hemm proposti ta' żvilupp ħdejn it-Torri ta' Pisa jew il-Piramidi tal-Eġittu.

    Huwa appella lill-membri tal-Awtorita tal-Ippjanar biex jiftakru li l-vot tagħhom jew se jkun favur il-ġid komuni tar-residentii jew favur il-qerda totali tal-post.

    L-Awtorita tal-Ippjanar se terġa' tiltaqa' fil-21 ta' Novembru li ġej biex tiddeċiedi dwar l-aħħar pjanijiet tal-AUM għall-imsemmija zona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0