Krzysztof Piatek jerġa’ jiskorja wara xahar u ...

  • Nov 18, 2019 00:58
  • Miktub minn iNews
"

    Wara xahar eżatt, l-attakkant Pollakk Krzysztof Piatek sab ix-xibka għal pajjiżu fir-rebħa ta’ 2-1 kontra l-Iżrael. L-iskorer żagħżugħ skorja fl-54 minuta sabiex irdoppja l-iskor għall-istess Pollakki.

    Skond diversi kritiċi tal-football Taljan, dan il-goal jiswa ħafna għal Piatek li għandu x-xewqa jibqa’ jilgħab ma’ Milan u jevita milli jiġi rilaxxat. F’kummenti wara l-partita, l-ex player ta’ Genoa deher kuntent li reġa’ skorja u wiegħed li se jkompli jaħdem dejjem iktar sabiex jikkontribwixxi mhux biss għal pajjiżu iżda wkoll għal Milan.

    Minkejja x-xnigħat persistenti li qed jgħidu li Zlatan Ibrahimovic mistenni jingħaqad ma’ Milan, Piatek qal li hu jinsab trankwill u qed ikompli jitħarreġ sabiex jirritorna għal dak li kien.

    Il-player ta’ 24 sena skorja s-sitt goal tiegħu bil-flokk tal-Polonja. Dawn tal-aħħar kisbu l-kwalifikazzjoni għal Euro 2020 wara li rebħu l-grupp.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0