Cutrone protagonista għat-Taljani ... iżda mhux regolari għal Wolves

  • Nov 18, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    L-attakkant internazzjonali ta’ Wolverhampton Wanderers Patrick Cutrone kien il-protagonista prinċipali fir-rebħa li t-team nazzjonali Taljan ta’ Taħt il-21 sena kiseb kontra l-Islanda bl-iskor ta’ 3-0. L-ex attakkant ta’ Milan skorja doppjetta b’temp ta’ sitt minuti bejn l-84 minuta u d-90 minuta sabiex aċċerta r-rebħa għaż-żgħażagħ Taljani.

    L-ironija wara dan kollu hu l-fatt li dan il-player ta’ 21 sena ftit qed jiġi użat minn Wolves tant li minkejja li deher 19-il darba magħhom, il-medja ta’ minuti fejn lagħab magħhom f’kull logħba hi biss ta’ 19-il minuta.

    Rapporti mill-Ingilterra qed jgħidu li l-ex player ta’ Milan jinsab imdejjaq b’din is-sitwazzjoni u hawn min qed jgħid li kapaċi jitlob li jingħaqad b’self ma’ club ieħor fit-tentattiv li jilgħab football aktar regolari. Jekk jiġri dan, hu mistenni jerġa’ jilgħab fl-Italja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0