F’konferenza stampa li saret il-bieraħ fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali għall-partita tal-lum li Malta se tilgħab kontra n-Norveġja valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020, il-coach nazzjonali, Ray “Żażu” Farrugia, aċċenna għall-għaqda biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed aktar milli tinħoloq kritika distruttiva.
Wara t-telfa diżastruża ta’ 7-0 li ġarrabna kontra Spanja, hemm rabja kbira mill-players li behsiebhom iqumu għall-okkażjoni biex ipattu għal dak li seħħ f’Cadiz, nhar il-Ġimgħa li għadda.
Huwa tkellem dwar il-logħba kontra Spanja fejn qal li dawn huma team b’saħħithom ħafna u mhux ta’ b’xejn li rebħu l-grupp b’mod faċli. Hu sejjaħ lill-Ispanjoli bħala l-bogey team tal-Maltin.
Farrugia tkellem dwar l-inċident sfortunat li kellu meta ħabat rasu waqt li kien qed imexxi lit-team minn fuq il-bank tas-sostituti.
Farrugia qal li għall-partita kontra n-Norveġja se jkun qed jinkludi xi players ġodda li għandhom mentalità offensiva filwaqt li jbiddel it-tattika tiegħu issa li se jkollu lid-difensur ta’ Valletta, Steve Borg, għad-dispożizzjoni meta se jirritorna minn sospensjoni.
Huwa fakkar li fil-logħba li ntlagħbet f’Oslo kontra n-Norveġja kienu żewġ set-pieces li ddeterminaw ir-riżultat finali.
Ray Farrugia qal li l-ispirtu kollettiv huwa importanti f’sitwazzjonijiet bħal dawn u l-players qed iħarsu ‘l quddiem għal din il-logħba.
Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Farrugia qal li huwa għandu kuntratt sa Diċembru u kollox għad jista’ jiġri.
Hu ddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jagħti ċans liż-żgħażagħ u għalkemm bħalissa qed ibatu ... sa sentejn oħra se nibdew nieħdu l-frott. Hu sejjaħ din il-politika tiegħu bħala riskju sabiħ fejn filwaqt li bħalissa t-team qed ibati, b’mod gradwali se jibdew jidhru r-riżultati.
Huwa stqarr li Malta telgħet biex tilgħab fi grupp diffiċli li kien jinkludi wkoll lill-Isvezja, Spanja, ir-Rumanija u l-Faroe Islands. Il-fatt li rbaħna lil dawn tal-aħħar huwa fattur ukoll pożittiv u għalhekk m’għandniex naraw in-ne-gattiv biss.
F’din il-konferenza stampa tkellem ukoll il-midfielder difensiv ta’ Hibernians, Dunstan Vella, fejn qal li qed iħarsu b’mod pożittiv għal din il-logħba u ddeskriva l-ambjent bejn il-players bħala wieħed b’saħħtu.
Fl-istess waqt huwa radd ħajr lill-coach Ray Farrugia tal-fiduċja li wera fih u fiż-żgħażagħ l-oħra u wiegħed li dejjem se jagħti l-aqwa tiegħu.
Finalment, fl-aħħar intervent tiegħu, il-coach Farrugia stqarr li ta dak kollu li seta’ waqt il-partiti tat-team nazzjonali u f’mu-menti li ma tantx jidhru sbieħ irridu iktar ningħaqdu milli nkissru lil xulxin.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.