Tifel ta’ 8 snin se jgħum bejn Kemmuna u Għawdex biex iqajjem kuxjenza dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar

  • Nov 18, 2019 08:46
  • Miktub minn iNews
"

    Spiss nisimgħu b’individwi li jieħdu inizjattiva biex iqajmu kuxjenza dwar xi ħaġa partikolari. Normalment dwar ikunu żgħażagħ jew adulti li jagħmlu dan. Biss f’Għawdex bħalissa għaddejjin preparamenti għal inizjattiva li se jieħu tifel li għad għandu tmien snin biss. Dan se jipprova jaqsam bejn Kemmuna u Ħondoq ir-Rummien. L-għan ta’ dan se jkun biex iqajjem kuxjenza dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar.

    Liam Daly,  hu student tal-ħames sena tal-iskola Primarja fir-Rabat Għawdex magħrufa fost l-Għawdxin bħala ‘il-Happy School’. L-iniżijattiva ta’ Liam se sisar il-Ġimgħa 22 ta’ November. L-għawma se tibda fl-10 ta’ filgħodu.

    Intant dwar il-plastik fil-baħar u l-ħsara li jagħmel inħarġu għadd ta’ studi.  Wieħed minn dawn l-istudji kien jgħid li persuna medja tibla’ mat-73,000 biċċa plastik kull sena minn ikel u xorb ikkontaminat. Dan l-istudju ġdid kien ippubblikat mill-Università Medika ta’ Vienna, fl-Awstrija.

    L-istudju jindika li persuna tibla’ mal-200 biċċa ta’ microplastic. Ir-riċerkaturi sabu li l-ilma tal-flixkun huwa wieħed mill-akbar sorsi ta’ dawn il-mikropartiċelli tal-plastik, li huma ta’ periklu għas-saħħ tal-bniedem.

    Madankollu dawn il-mikropartiċelli jinsabu wkoll b’mod abbundanti fl-ambjent marittimu, bil-ħut u l-fawna marittima jispiċċa jiekol dawn il-partiċelli li eventwalment jispiċċaw jittieklu mill-bniedem.

    L-istudju juri li fdalijiet ta’ plastik instabu f’kull kampjun ta’ ppurgar ta’ persuni li kkontribwew f’dan l-istudju, bil-parteċipanti jkunu minn madwar id-dinja kollha.

    Il-kap riċerkatur, Dr Philipp Schwabli, saħaq li dan l-istudju huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu fid-dinja.

    “L-istudju jikkonferma dak li ilna nissuspettaw, li l-plastik eventwalment qed jispiċċa jiġu kkunsmat mill-bniedem.

    Għalkemm ir-riskji għall-bniedem għadhom mhumiex magħrufin, it-tħassib ewlieni huwa li dawn il-mikropartiċelli jistgħu jakkumulaw kimiċi tossiċi fil-bniedem, u anke jistgħu jidħlu fid-demm, bir-riċerkatur juri l-preokkupazzjoni tiegħu għall-effetti li dawn jaf ikollhom f’pazjenti b’mard gastrointestinali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0