Ippreżentata l-ħames ġenerazzjoni tal-mudell Renault Clio

  • Nov 18, 2019 10:27
  • Miktub minn iNews
"

     

    L-aġenti ewlenin tad-ditta Renault f’Malta, Kind’s Autosales Ltd għadhom kif ippreżentaw il-ħames ġenerazzjoni tal-mudell Renault Clio bħala ikona awtomobilistika. Sal-lum il-ġurnata madwar 15-il miljun junit ta’ Renault Clio ġew mibjugħa, sa minn meta ġiet ippreżentata għall-ewwel darba, jiġifieri, mill-1990.  Minn dak inhar din il-karozza saret l-iktar mudell li nbiegħ madwar id-dinja.  Il-Clio tirrapreżenta l-iktar karozza favorita tal-popolazzjoni Franċiża u ilha fil-quċċata tal-B Segment fl-Ewropa sa mill-2013.  Din il-karozza għandha peformance ta’ bejgħ mill-aqwa.  Fil-fatt il-bejgħ tal-Clio żdied l-iktar bejn l-2012 u l-2018. 

    B’disinn iktar modern u atletiku, l-Clio il-ġdida kompliet ġġedded is-suċċess ta’ 30 sena ilu u kompliet tissaħħaħ fuq l-erba’ ġenerazzjonijiet preċedenti, billi fetħet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha.

    Mill-Clio I, għandha dak kollu meħtieġ biex għamluha tidher karozza kbira fid-dimensjonijiet tagħha. Simili tal-mudell li ħareġ fl-1990, il-Clio il-ġdida għandha teknoloġija li ssibha f’mudelli tal-ogħla livell, bħal Megane u l-Espace.  Mill-Clio II, il-mudell il-ġdid adotta standards għolja ta’ spazju u kumdita`, waqt li l-mudell il-ġdid ġibed era ġdida f’termini ta’ kwalita`, u disinn b’saħħtu li aspira r-range kollha ta’ Renault biex sar trademark ta’ veru.

    Ir-Renault Clio l-ġdid ġie ddisinjat skont il-prinċipju tal-kumpanija “Evolution and Revolution”, fejn qed jerġa’ jinkiteb ktieb ta’ regoli li joffri stil ta’ body matur, u interjuri kompletament ġdid.  Il-karozza toffri linji b’iktar skultura, u parti ta’ quddiem iktar assertiv.  Ir-Renault Clio il-ġdid issa għandu iktar vitalita`, modern, waqt li baqa’ jintgħaraf, minkejja l-fatt li għandu 100% parts ġodda. 

    Fil-parti interjuri, r-revoluzzjoni tad-ditta tidher ċara daqs il-kristall.  Fil-fatt din il-parti hija ddisinjata kompletament mill-ġdid, ispirata minn segments ta’ mudelli ta’ livell iktar għoli, kemm f’termini ta’ kwalita` kif ukoll f’dik li hija teknoloġija disponibbli.  Dawn huma punti b’saħħithom li minnhom jibbenifikaw is-sewwieqa kollha, fejn qed tkun offruta iktar prattiċita` u l-vettura hija iktar faċli biex tużaha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0