Issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport

  • Nov 18, 2019 10:49
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ġimgħa 8 ta‘Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha f’lukanda ewlenija fil-Floriana.

    Il-president tal-Federazzjoni, Tonio Cini, waqt il-qari tar-rapport annwali, irrimarka li matul is-sena li għaddiet kienu saru ħafna laqgħat mal-Gvern u awtoritajiet biex tinstab soluzzjoni fuq l-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu għall-membri tal-Federazzjoni meta jiġu biex jorganizzaw il-kompetizzjonijiet tal-motorsport u  dwar il-proġett tat-trakka tal-Motorsport. Il-Federrazjoni pprovdiet kull għajnuna possibili biex titwettaq il-wegħda elettorali min-naħa tal-Gvern.

    Is-Sur Cini kompla jgħid li l-Gvern ikkommetta ruħu għal-darb’ oħra waqt il-qari tal-Budget 2020, meta qal li matul is-sena li ġejja se jkun f’pożżizjoni li jagħmel pass konkret fuq dan il-proġett.

    Huwa kompla jgħid li t-talbiet mis-sewwieqa Maltin taħt l-iskema tal-“International Participation Scheme” ta’ SportMalta żdiedu għal aktar min 50% min 2015 għall-2019.  Is-sistema ta’ tqassim tal-assistenza ta’ din l-iskema qed tkun iktar ġusta wara li ġiet introdotta sistema ta’ capping mill-Federazzjoni, b’kollaborazzjoni mas-SportMalta.

    Matul il-laqgħa inqara wkoll ir-rapport finanzjarju mit-Teżorier, Pierre Sammut li kien approvat mill-membri preżenti.

    Wara dan,il-laqgħa għaddiet għall-elezzjoni tal-uffiċjali. Kien hemm tliet postijiet li kellhom jiġu mimlija -  dak ta’viċi president, dak ta’segretarju ġenerali u dak ta’teżorier.

    Jesmond Mangion ikkontesta b’suċċess il-post ta’viċi-president u Susanne Fenech ġiet eletta bħala segretarja ġenerali. Ħadd ma ikkontesta l-post ta’ teżorier u għalhekk ġie approvat mill-membri li Pierre Sammut ikompli jamministra l-finanzi tal-Federazzjoni sakemm jintmela il-post vakanti. 

    Il-president tal-Federazzjoni ħabbar li se tissejjaħ laqgħa straordinarja biex jimtlew il-post ta’teżorier u ta’viċi-segretarju, li ġie vakant mis-Sinjura Fenech meta ġiet eletta bħala segretarja.

    Aħbar importanti waqt din il-laqgħa kienet li l-Federazzjoni ħabret li Membru Parlamentari, Manuel Mallia, li kien preżenti għal-laqgħa ġenerali tal-Federazjoni, offra s-servizzi tiegħu bħala konsulent legali tagħha.  Din l-aħbar ġiet milqugħa b’mod pożittiv mill-membri preżenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0