1,283 każ ta' assenteiżmu minn studenti matul is-sena skolastika li għaddiet jispiċċaw quddiem it-Tribunali

  • Nov 18, 2019 18:32
  • Miktub minn iNews
"

    Matul is-sena skolaastika 2018-2019 in-numru ta’ studenti li l-ġenituri tagħhom ittellgħu t-Tribunali rispettivi minħabba assenteiżmu mill-iskola kien jammonta għal 1,283.

    Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Byron Camilleri.

    Il-Ministru Bartolo tenna li l-ġenituri jkunu ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel meta t-tfal tagħhom ifallu mill-iskola għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi.

    Temm jgħid li dawn il-ċirkostanzi jimplikaw li l-ġenituri ma jkunux ikkoperaw mal-iskejjel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0