Il-Belt Valletta tilbes il-libsa tal-Milied

  • Nov 18, 2019 20:24
  • Miktub minn iNews
"

    Illejla, il-Belt Valletta libset il-libsa Natalizja, hekk kif inxtegħel id-dawl tal-Milied għall-ewwel darba din is-sena. 

    Id-dawl inxtegħel fi Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret għall-okkażjoni. Għal din il-konferenza attendew il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit u membri tal-komunitajiet tan-negozju ta’ Triq Merkanti u Triq ir-Repubblika.

     

    “Il-mixegħla ta’ dawn it-toroq prominenti fil-Belt Valletta, li t-tnejn li huma jaraw numru kbir ta’ nies kuljum, saret antiċipazzjoni tradizzjonali għal dawk kollha li għandhom l-istaġun tal-festi għal qalbhom. Huwa permezz ta’ inizjattivi varji li aħna qegħdin naħdmu biex inkomplu nsaħħu l-prodott kulturali tal-Belt Valletta”, qal il-Ministru Bonnici waqt iċ-ċerimonja.

     

    Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li, “l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta kompliet fejn ħalliet il-Fondazzjoni Valletta 2018, fejn fil-Belt Valletta l-Milied jibda jinħass kmieni bi programm ta’ ċelebrazzjonijiet maħsubin apposta fosthom il-mixegħla ta’ dawl spettakolari ġdid sena wara sena.”

     

    Din hija l-ewwel fost l-inizjattivi tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal żmien il-Milied għal din is-sena, bl-isem ta’ ‘Christmas in the City’. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għall-mixegħla tas-siġra tal-Milied ġewwa l-Belt Valletta li se tkun qed iżżejjen Pjazza Kastilja tul il-ġimgħat li ġejjin. Din se ssir nhar it-Tnejn 25 ta’ Novembru fil-17.30 ta’ filgħaxija.

     

    “Il-Milied fil-Belt Valletta joffri esperjenza unika, reliġjuża, kulturali u festiva li l-belt kapitali tagħna biss tista’ toffriha. Ma nistax nimmaġina l-Milied mingħajr il-Belt Valletta”, qal is-Sindku Alfred Zammit.

    Għal aktar informazzjoni u biex iżżomm ruħek aġġornat segwi l-paġna ‘Valletta Cultural Agency’ fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0