Theo Hernandez jistabbilixxi ruħu ma’ Milan

  • Nov 19, 2019 00:39
  • Miktub minn iNews
"

    Ħafna qed iqisu lid-difensur xellugi ta’ Milan, Theo Hernandez, bħala wieħed mill-aqwa akkwisti li għamlu r-Rossoneri fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. L-ex player ta’ Real Madrid wara perjodu fejn beda jidra l-ambjent Taljan, beda jistabbilixxi ruħu fin-naħa xellugija tal-ground. Dan kollu ma tantx kien favorevoli għad-difensur kollega tiegħu Ricardo Rodriguez li ta’ spiss qed jispiċċa fuq il-bank tas-sostituti b’Hernandez jeħodlu postu.

    Il-player Svizzeru s’issa lagħab erba’ logħbiet staġjonali iżda la l-ex coach Marco Giampolo u lanqas dak attwali Stefano Pioli m’huma qed jinkluduh fl-għażliet tiegħu.

    Dan kollu jista’ jwassal sabiex l-istess Rodriguez jitlob li jiġi rilaxxjat jew inkella jingħata b’self lil xi club Ewropew. Jidher li Rodriguez jista’ jerġa’ jirritorna fil-Ġermanja fejn għamel żmien jilgħab ma’ VFL Wolfsburg.

    Rodriguez lagħab 73 partita u skorja goal wieħed biss mar-Rossoneri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0