Juventus jibqgħu interessati f’Paul Pogba

  • Nov 19, 2019 00:45
  • Miktub minn iNews
"

    Juventus għadhom qed joħolmu li jġibu ġewwa Turin lill-midfielder offensiv, Paul Pogba, mingħand Manchester United. Il-player Franċiż ta’ 26 sena, li diġá libes il-flokk abjad u iswed tal-club, jinsab imdejjaq f’Old Trafford u qed jaħseb sabiex ibiddel l-ambjent u jipprova xortih fiil-belt ta’ Turin.

    Il-player Portugiż, Cristiano Ronaldo, qed “jisponsorja” din il-mossa minħabba li jixtieq ikollu miegħu lil Pogba li huwa rrappurtat li għandu relazzjoni tajba miegħu.

    Mhux se tkun biċċa xogħol faċli għal Bianconeri minħabba li l-player jiswa mhux ħażin iżda d-direttur sportiv Fabio Paratici mhux se jaqta’ qalbu.

    Sadanittant, jidher li ċ-champions Taljani jinsabu interessati fi player ieħor żagħżugħ tar-Red Devils u dan hu Tahith Chong li jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0