Rapporti li kien arrestat middleman fil-każ DCG ... jitlob maħfra presidenzjali biex jikxef

  • Nov 19, 2019 09:24
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel suspettat b’reati ta’ ħasil ta’ flus qed jitlob maħfra presidenzjali biex jiżvela min kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Il-ġurnal Times of Malta rrapporta li r-raġel li allegatament serva bħala l-‘middleman’ fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017 ġie arrestat nhar il-Ħamis li għadda wara li l-Pulizija kienet ilha bosta jiem tosserva l-movimenti tiegħu. Skont l-istess rapporti jidher li l-Europol flimkien mal-Pulizija Maltija rnexxielhom jikkonfiskaw apparat elettroniku li qiegħed jitqies bħala possibilità ta’ evedenza li tista’ tgħin fl-investigazzjoni.

    Skont dak li qiegħed ikun irrapurtat jidher li hemm persuni oħra involuti fil-qtil li għadhom ma ġewx arrestati u li l-kundizzjonijiet li dan il-persuna qiegħed jitlob qed ikunu diskussi.

    It-tliet irġiel li qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia huma l-aħwa Alfred u George Degorgio, flimkien ma’ Vince Muscat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0