Żagħżugħ Serb imbotta anzjan u seraqlu €1,100

  • Nov 19, 2019 13:10
  • Miktub minn iNews
"

    Ġuvni ta’ 16-il sena mis-Serbja iżda residenti San Pawl il-Baħar ammetta li seraq madwar €1,100 minn fuq anzjan ta’ 74 sena.

    Il-każ seħħ nhar il-11 ta’ Novembru li għadda ġewwa Vilhena Court li tinsab fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar. 

    Jidher li l-ġuvni, li ismu mhux jixxandar minħabba li għadu taħt l-età, kien segwa lill-anzjan wara li dan kien għadu kif ġibed il-flus minn ATM u hekk kif daħal fil-blokka imbuttah u serqu. 

    Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ordnat li jsir pre-sentencing report fil-konfront tal-imputat, qabel tati s-sentenza. Fil-frattemp, l-imputat baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Fabian Fleri u Lydon Zammit mentri l-imputat kien assistit mill-Avukat Josette Sultana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0