Voluntiera ta’ Hospice Malta jirċievu taħriġ mingħand Misco

  • Nov 20, 2019 11:54
  • Miktub minn iNews

    Misco provdiet sessjoni ta’ taħriġ speċjali għall-voluntiera ta’ Hospice Malta. It-taħriġ kien iddisinjat apposta għall-ħtiġijiet ta’ min jaħdem fil-qasam tal-kura palljattiva, u l-voluntiera  għamlu eżerċizzji biex itejjbu l-kommunikazzjoni ta’ bejniethom u jiffaċilitaw aktar effiċjenza fi ħdan l-organizzazzjoni.

    “It-taħriġ tana ħiliet ġodda biex inkunu nistgħu noffru servizz aħjar lill-pazjenti tagħna u l-familji tagħhom,” qal il-Kordinatur tal-Voluntiera ta’ Hospice Malta, Phillip Zammit, u waqt li rringrazzja lil Misco għall-professjonalità u l-kompetenza ta’ dawk mexxew it-taħriġ. “Permezz ta’ din l-esperjenza l-voluntiera issa huma aktar ippreparati u kunfidenti quddiem iċ-ċirkostanzi diffiċli li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum f’Hospice Malta.”

    Il-voluntiera kienu megħjuna biex jiżviluppaw il-kwalitajiet tagħhom u jiksbu ħiliet prattiċi ġodda f’dak li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltajiet f’servizzi bħal front-office u customer care. Is-sessjoni kienet imfassla biex issaħħaħ l-għaqda bejn il-membri tat-tim u l-voluntiera ħadu sehem f’attivitajiet ta’ team-building.

    “Misco hija kburija li qed tappoġġa x-xogħol siewi ta’ Hospice Malta  b’għarfien professjonali u aħna nkunu qed nistennew dan l-appuntament ta’ kull sena,” qalet Ritienne Xerri, Direttur ta’ Taħriġ u Żvilupp.

    Is-sessjoni ta’ taħriġ hija parti mill-missjoni ta’ Misco li taqsam l-esperjenza tagħha, l-għarfien, u tagħlim li ġabret mal-komunità kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0