“Kien xokk kbir għalina li nisimgħu li tlifna wieħed minnha” - Ħabib ta’ Zoltán Szilágy

  • Nov 21, 2019 09:11
  • Miktub minn iNews
"

    Ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar li kien tilef ħajtu s-sewwieq tal-mutur li ftit tal-jiem ilu kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tul il-Kosta, fin-Naxxar.

    Bosta kienu dawn li mal-aħbar xerrdu ritratti tal-Ungeriż ta’ 43 sena biex ifakkru l-memorja tiegħu u oħrajn komplew jikkummentaw sa dalgħodu.

    Persuna qrib tal-vittma kitbet li l-memorji tagħhom se jibqgħu għal dejjem u dak li kienu mdorrijin jagħmlu se jibqa’ jiftakar fihom hu u jsuq il-mutur. Żied jgħid li għalih mhux se jinkwieta jsuq f’kundizzjonijiet bħalma huma l-borra u li għalih sieħbu se jibqa’ miegħu għax huma kienu tim wieħed u hekk se jibqgħu sal-mewt.

    Intant inewsmalta ħadet il-kumment ta’ sewwieq tal-mutur li kien jaf ukoll lil Zoltán Szilágyi u qalilna li għalih kien xokk kbir li jisma’ li kien miet wieħed mis-sewwieqa “għax aħna tal-muturi familja waħda”.

    Dan is-sewwieq qalilna li bħala sewwieq il-vittma kellu kapaċità li jifhem xi jsarraf il-mutur tiegħu u din kienet tgħinu ħafna anke bħala sewwieq fit-trakka ta’ Ħal Far.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0