[AĠĠORNATA] Jitilgħu għal ħamsa il-vittmi tal-isplużjoni tal-kumpless tan-nar f’Messina

  • Nov 21, 2019 10:12
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif ilbieraħ kien rappurtat fil-media barranija li seħħet splużjoni f’kumpless tan-nar f’Messina u tilfu ħajjithom tliet persuni, issa huwa kkonfermat li n-numru ta’ vittmi li tilfu ħajjithom telgħu għal ħamsa.

    L-inċident sfortunat seħħ fil-kumpless tal-kumpanija Costa ġewwa l-villaġġ ta’ Barcellona Pozzo di Gotto fir-Reġjun ta’ Messina. 

    Waħda mill-vittmi kienet il-mara tas-sid ta’ din il-kumpanija fl-età ta’ 71 sena li pruvat tiġi salvata minn binha stess li kien wieħed mill-erba' persuni li ttieħdu l-isptar bi ġrieħi serji. Wieħed minn dawk li ttieħdu l-isptar tilef ħajtu ftit wara. Is-sid tal-kumpanija flimkien ma’ ħaddiem ieħor kienu fost il-vittmi li nstabu dak il-ħin. L-aħħar kadavru instab matul il-lejl qalb it-tifrik. Ħaddiem li nqabad fil-maħżen tal-istess kumpless kien salvat mill-membri tal-protezzjoni ċivili.

    Qed ikun rappurtat li l-isplużjoni seħħet minħabba spark waqt użu ta’ welding li eventwalment ikkawża żewġ splużjonijiet li ħasdu l-ħajja ta’ dawn il-ħames persuni li kienu qed jippreparaw in-nar għall-festi tal-Ewwel tas-Sena li kien ser jinħaraq fin-naħa t’isfel tal-Italja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0