“Nirreżistu l-impulsività ta’ dikjarazzjonijiet bikrin” - Id-Dekan tal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi

  • Nov 21, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Dekan tal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi jħeġġeġ biex wieħed iħalli l-kors tal-ġustizzja jseħħ u jirreżisti l-impulsività li jsiru dikjarazzjonijiet qabel iż-żmien.

    Huwa jappella li wieħed jagħti widen għall-prinċipji tal-ġustizzja naturali li twassalna biex nisimgħu lil kull naħa f’tilwima u li l-istituzzjonijiet tagħna jitħallew jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa b’mod seren.

    Azzopardi qal dan fi stqarrija fejn fiha esprima xi ħsibijiet fl-isfond tal-avvenimenti reċenti marbuta mal-arrest tal-allegat persuna wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Azzopardi qal, “Li jkollna opinjonijiet huwa naturali u neċessarju fil-komunitajiet tagħna iżda ma nistgħux inħallu l-opinjonijiet u l-interpretazzjonijiet tagħna jsaħħu l-mibegħda u l-vjolenza fi kwalunkwe waħda mill-forom tagħha.”

    Huwa qal li Malta għelbet bosta sfidi f'dawn l-aħħar 55 sena ta' indipendenza iżda l-avvenimenti tal-aħħar jiem jidhru li reġgħu xegħlu kull diżgwit u diviżjoni fis-soċjetà tagħna għal livell ta’ eskalazzjoni li konna ilna ma naraw għal xi żmien.

    Huwa qal li kif nimmaniġġjaw dan il-mument fl-istorja mhux biss jiddetermina l-futur tagħna imma l-istatura tagħna bħala nazzjon indipendenti u sovran. “Nawgura li nagħżlu t-triq ta' djalogu b’mod paċifiku u li l-ġustizzja tirrenja,” temm jgħid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0