L-Ispeaker jesiġi li jittieħdu passi legali kontra dawk li qabżu l-limitu

  • Nov 21, 2019 12:46
  • Miktub minn iNews
"

    Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, innota b’dispjaċir l-inċidenti xejn paċifiċi li seħħew ilbieraħ ħdejn il-bini tal-Parlament, fejn membri tal-Kamra ġew imfixkla u insulentati waqt li kienu ħerġin mill-Parlament.

    L-istqarrija tgħid li s-Sedja tara li għandhom jittieħdu l-passi fil-konfront ta’ dawk il-persuni li qabżu l-limitu u kissru l-liġi b’mod manifest, inkluż bi vjolenza u danni volontarji fil-konfront tar-rappreżentanti tal-poplu. 

    L-istqarrija temmet tgħid li l-Ispeaker tal-Kamra jisħaq li dan l-aġir xejn responsabbli jista’ jiġi meqjus ukoll bħala li jikkostitwixxi reat kontra l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati (Kap. 113).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0